Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Il-Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jingħataw biss f’każ ta’:

  • Krediti ta’ Qabel l-Ewwel Impjieg: Persuna li hija rreġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) għall-ewwel darba tingħata krediti ta’ qabel id-dħul sa massimu ta’ 104 ġimgħat ta’ kontribuzzjonijiet, skont id-data tal-ewwel dħul.
  • Krediti għal Volontarjat (barra minn Malta): Persuna li tagħmel xogħol volontarju f’pajjiż barrani tista’ tingħata Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali sa massimu ta’ 5 snin (260 kontribuzzjonijiet) f’perjodu ta’ 10 snin. Din l-għotja hija fid-diskrezzjoni ta’ bord speċjali u l-applikant għandu jissottometti t-talba lid-Direttur tas- Sigurtà Soċjali u jipprovdi prova ta’ dan ix-xogħol volontarju.
  • Krediti għal Volontarjat (f’Malta): Persuna li hija taħt l-età ta’ 25 sena u qed tagħmel xogħol volontarju f’Malta jew barra mill-pajjiż u terġa’ tibda taħdem wara li ttemm ix-xogħol volontarju, hija ntitolata wkoll għal krediti sa massimu ta’ 5 snin f’perjodu ta’ 10 snin.
  • Krediti tal-Benefiċċju tad-Diżimpjieg: Persuna qiegħda li tirċievi Benefiċċju għall-Diżimpjieg; Benefiċċju Speċjali għall-Diżimpjieg jew Assistenza għall-Diżimpjieg.
  • Krediti tal-Benefiċċju tal-Mard: Persuna Impjegata jew li Taħdem Taħdem għal Rasha li tirċievi Benefiċċju tal-Mard jew ikollha talba kontinwa miftuħa għal Benefiċċju tal- Mard wara eżawriment ta’ ħlas.
  • Krediti tal-Ġenituri: Ġenituri li jinsabu neqsin mid-dinja tax-xogħol għaliex uliedhom qed jieħdu kura għal mard rari jingħataw Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali sa massimu ta’ 8 snin.
  • Krediti tal-Korriment: Persuna li tirċievi Benefiċċju għall-Korriment (tapplika biss fil-każ ta’ persuna li taħdem għal rasha).
  • Krediti tal-Carers: Persuna li tirċievi Allowance għall-Carers/Allowance Miżjud għall-Carers li rriżenjat mill-impjieg jew tkun fuq leave bla ħlas. Il-krediti tas-Sigurtà Soċjali jingħataw biss jekk il-persuna tgħaddi mit-Test tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll:Persuna li mhijiex intitolata għal Allowance għall-Carers / Allowance Miżjud għall-Carers iżda t-Talba ġiet aċċettata mill-bord mediku; il-persuna li tagħmel it-talba tkun intitolata għall-krediti jekk tgħaddi mit-Test tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali.
    Il-krediti tal-carers huma validi għal skopijiet ta’ pensjoni kontributorja biss.
  • Krediti tas-Servizz: Ex-Pulizija; ex-uffiċjali tal-Armata, ex-uffiċjali tal-Korrettivi Faċilitajiet jew ex-uffiċjali tal- Protezzjoni Ċivili li jkunu temmew 25 sena servizz u jirċievu Pensjoni tat-Teżor sħiħa huma eliġibbli għal krediti meta ma jkunux f’okkupazzjoni bi qligħ.
  • Krediti tal-Libya: Persuna li tibgħat il-prova tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-Libja wara 1990 se tkun ikkreditata għall-istess ammont ta’ kontribuzzjonijiet.
  • Krediti tal-Istudju: Student li qiegħed isegwi kors ta’ studju jew istruzzjoni full-time huwa eliġibbli għal Krediti tas- Sigurtà Soċjali skont il-livell tal-kors u d-data tat-twelid kif ġej:
Imwieled bejn 1952 – 1961 Imwieled fl-1962 jew wara
Livell ta’ MQF Krediti ta’ Kontribuzzjoni Krediti ta’ Kontribuzzjoni
Lifelong Learning 5 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju 5 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju
Level 5 9 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju 13 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju
Level 6 13 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju 26 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju
Level 7 13 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju 26 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju
Level 8 26 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju 52 kontribuzzjonijiet kull sena ta’ studju
  • Krediti tat-Trobbija tat-Tfal: Persuna li twieldet bejn l-1 ta’ Jannar 1952 u l-1961 li tilħaq l-età tal-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali jew li l-pensjoni kontributorja tagħha hija evalwata mill-ġdid, tista’ tingħata sa sentejn ta’ Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wieħed mill- ewwel 3 itfal anke jekk l-ġenitur ma jerġax lura għax-xogħol wara t-twelid tal-wild/tfal. Tista’ tingħata wkoll sena oħra ta’ Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wild imwieled wara t-3 wild sakemm l-ġenitur jerġa lura għax-xogħol għal numru minimu ta’ snin ekwivalenti għall-istess numru ta’ snin kif mogħtija mir-4 wild ‘il quddiem, eżempju:
    • Familja bi 3 itfal (jew anqas) tista’ tingħata Krediti tas-Sigurtà Soċjali (sa massimu ta’ 6 snin b’kollox), anke jekk l-ġenitur ma jkunx impjegat/jaħdem għal rasu wara t-twelid.
    • Familja b’4 itfal (jew aktar) jingħataw Krediti tas-Sigurtà Soċjali (sa massimu ta’ 6 snin b’kollox) għall-ewwel 3 itfal iżda l-ebda krediti mir-4 wild ‘il fuq jekk l-ġenitur ma jkunx impjegat/jaħdem għal rasu wara t-twelid.
    • Familji b’4 itfal (jew aktar) jingħataw krediti tas-Sigurtà Soċjal (sa massimu ta’ 6 snin b’kollox) għall-ewwel 3 itfal u sa sena għal kull wild mir-4 wild ’il fuq jekk l-ġenitur jerġa’ jirritorna għall-impjieg/okkupazzjoni wara t-twelid sa għall-anqas l-istess numru ta’ snin kif mogħtija mir-4 wild ‘il quddiem.

Fil-każ ta’ familja li għandha tfal b’diżabilità, il-Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali huma rdoppjati fix-xenarji msemmija hawn fuq.

Persuna mwielda fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara li tilħaq l-età tal- pensjoni jew li jkollha il-pensjoni evalwata mill-ġdid, tingħata 4 snin krediti għall-ewwel 3 itfal anke jekk l-ġenitur ma terġax lura għall-impjieg wara t-twelid tal-wild/tfal. Sentejn oħra ta’ Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jingħataw għal kull wild imwieled wara t-3 wieħed sakemm l-ġenitur j/tirritorna għall-impjieg għal numru minimu ta’ snin ekwivalenti għall-istess numru ta’ snin kif jista’ jkun dovut mir-4 wild ‘il quddiemExample:

    • Familja bi 3 itfal (jew anqas) tingħata Krediti tas-Sigurtà Soċjali (sa massimu ta’ 12–il sena b’kollox), anke jekk ġenitur ma jkunx impjegat/jaħdem għal rasu wara t-twelid.
    • Familja b’4 itfal (jew aktar) tingħata Krediti tas-Sigurtà Soċjali (sa massimu ta’ 12–il sena b’kollox) għall-ewwel 3 itfal iżda l-ebda krediti mir-4 wild ‘il fuq jekk l-ġenitur ma jkunx impjegat / jaħdem għal rasu wara t-twelid.
    • Familja b’4 itfal (jew aktar) tingħata krediti (sa massimu ta’ 12–il sena b’kollox) għall-ewwel 3 itfal u sa sentejn għal kull wild mir-4 wild ‘il fuq jekk l-ġenitur jirritorna għall-impjieg (impjegat/persuna jaħdem għal rasu) wara t-twelid tar-4 wild sa għall-inqas l-istess numru ta’ snin kif mogħtija mir-4 wild ‘il quddiem.

Fil-każ ta’ familja li għandha tfal b’diżabilità, il-Krediti ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali huma rdoppjati fix-xenarji msemmija hawn fuq.

JEKK JOGĦĠBOK INNOTA LI L-INFORMAZZJONI DWAR KREDITI TAT-TFAL TAPPLIKA L-ISTESS GĦAL KAŻIJIET TA’ ADOZZJONI U TA’ FOSTER CARE (DIN TAL-AĦĦAR FUQ IL-MERITI TAL-KAŻ)

Huwa importanti li jiġi nnotat li l-Krediti tat-Trobbija tat-Tfal ma jkunux jidhru fl-Istorja Kontributorja u jiġu miżjuda skont il-bżonn meta l-persuna tapplika għall-Pensjoni tal-Irtirar.

Eżenzjoni ta’ Eliġibbiltà ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

  • Persuna impjegata li taħdem anqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa iżda taqla’ aktar minn €17.50 fil- ġimgħa (li teċċedi €910 fis-sena) mal-istess persuna li timpjega, hija obbligata tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi II (rata ta’ min jaħdem għar-rasu) fid-dawl li l- impjieg taħt it-8 sigħat mhuwiex ikkunsidrat bħala impjieg assigurabbli u min iħaddem mhux obbligat iħallas is-sehem tiegħu ta’ kontribuzzjonijiet.
  • Persuna li Taħdem għall-Rasha “Self-occupied” li fis-sena jkollha qligħ ta’ inqas minn €910, jew l-ekwivalenti għal inqas minn €17.50 fil-ġimgħa.
  • Persuna waħedha li mhijiex taħdem bi qligħ  (Taħdem għaliha Nnifisha – “Self-Employed”) u li d-dħul tagħha huwa minn sorsi oħra, eż. Imgħaxijiet, Kirjiet jew Investimenti u li d-dħul annwali tagħha ma jaqbiżx €1,005.
  • Persuna li qed tospita studenti fuq bażi part-time għandha l-għażla li ma tħallasx il- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
  • Min iħaddem persuna b’diżabilità għal 3 snin jew aktar, jingħata lura s-sehem tiegħu tal-ewwel 3 snin ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
  • Persuna anzjana jew persuna b’diżabilità li timpjega carer tista’ tapplika għal eżenzjoni għas- sehem tagħha ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali. L-impjegat xorta irid iħallas is-sehem tiegħu ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

Importanti: Persuna trid dejjem tapplika għal Eżenzjoni mill-ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali kull sena jekk applikabbli, ħlief għal dawk il-persuni li qegħdin jospitaw studenti, jew li Jaħdmu għalihom Infushom u l-qligħ tagħhom ikun ġej minn Imgħaxijiet, Kirjiet jew Investimenti.