Inċentivi għal persuni li jagħżlu li jiddifferixxu l-intitolament għall-Pensjoni tal-Irtirar tagħhom u jibqgħu f’impjieg jew f’impjieg għal rashom.
Persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità biex jitolbu Pensjoni tal-Irtirar tagħhom qabel l-età tal-pensjoni tagħhom, jew persuni li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni tagħhom, iżda jagħżlu li jiddiferixxu din it-talba u jibqgħu f’impjieg jew f’impjieg għal rashom, huma eliġibbli għal żieda perċentwali fil-pensjoni tagħhom kif indikat hawn taħt:
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 62 sena – żieda ta’ 6.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 62 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 7% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 7.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 64 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 8% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena.
Naturalment xi ħadd li jkun ippospona l-pensjoni għal aktar minn sena ikollu ż-żieda akkumulata skont kif indikat ħawn taħt:
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 13.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 21% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 29% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 7% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 14.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 22.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 7.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena.
- Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 15.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena.
Iż-żieda akkumulata tibqa’ titħallas kull sena fil-pensjoni u tibqa’ titħallas sal-mewt.
Iż-żieda tingħata wkoll lil dawk kollha eliġġibli li jieħdu Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar u li jissodisfaw l-kundizzjonijiet kollha hawn fuq imsemmija, inkluż dawk li jkunu fuq Pensjoni Massima taż-Żewġ terzi.
Iż-żieda tingħata kollha apparti żidiet oħra li jistgħu jingħataw minn żmien għal żmien inkluż il-COLA.
Iż-żieda hija wkoll trasferibbli għal pensjoni tar-romol.
Informazzjoni Addizjonali:
- Persuna li twieldet bejn l-1952 u l-1955 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 62 sena.
- Persuna li twieldet bejn l-1956 u l-1958 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 63 sena.
- Persuna li twieldet bejn l-1959 u l-1961 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 64 sena.
- Persuna li twieldet wara l-1961 – l-eta’ statutorja tal-irtirar tagħha hija 65 sena.
- Persuna li twieldet bejn l-1952 u l-1961 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 35 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 1820 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
- Persuna li twieldet bejn l-1962 u l-1968 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 40 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 2132 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
- Persuna li twieldet bejn l-1968 u 1975 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 41 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 2132 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
- Persuna li twieldet minn 1 ta’ Jannar 1976 ‘l quddiem tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 42 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 2184 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
- Iz-żieda hija applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016 jiġifieri xi ħadd li din is-sena seta’ jirtira diġà ta’ 61 sena jew wara u ma applikax għall-pensjoni u baqa’ jaħdem, is-sena d-dieħla se jkollu dritt għaż-żieda perċentwali fil-pensjoni ma’ għeluq l-ewwel sena ta’ postponiment tal-pensjoni, liema żieda tibqa’ takkumula skont kemm snin il-persuna tiddeċiedi li tipposponi l-pensjoni u tibqa taħdem. Jekk tibqa’ taħdem sa wara l-età tal-irtirar tagħha dan naturalment irid ikun bi qbil ma’ min taħdem.
Ħa nagħtu tlett eżempji biex wieħed jifhem dan l-inċentiv x’se jkun ifisser (nassumu li l-COLA kull sena se tkun € 1.75 fil-gimgħa).
- Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 61 sena b’pensjoni ta’ €8,000 fis-sena (€153.84 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 62, jieħu pensjoni ta’ €8,520 (€163.85 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 63, jieħu pensjoni ta’ €9,020 (€174.62 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ €9,680 (€186.15 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €10,320 (€198.46 fil-ġimgħa).
Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 61 sena b’pensjoni ta’ €153.84 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ €198.45 jew kwazi €44.61 fil-gimgħa aktar.
- Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 62 sena b’pensjoni ta’ €9,500 fis-sena (€182.69 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 63, jieħu pensjoni ta’ €10,117.50 (€194.57 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ €10,782.50 (€207.36 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €11,495 (€221.06 fil-ġimgħa).
Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 62 sena b’pensjoni ta’ €182.69 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ €221.06 jew kwazi €38.36 fil-gimgħa aktar.
- Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 63 sena b’pensjoni ta’ €11,500 fis-sena (€221.15 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 63 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ €12,228.36 (€236.81 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 63 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €13,052.50 (€ 251.01 fil-ġimgħa).
Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 63 sena b’pensjoni ta’ €221.15 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ € 251.01 jew kważi €29.86 fil-ġimgħa aktar.
- Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 64 sena b’pensjoni ta’ €12,000 fis-sena (€230.77 fil-ġimgħa).
- Jekk minflok ta’ 64 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €12,780 (€245.77 fil-ġimgħa).
Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 64 sena b’pensjoni ta’ €230.77 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ €249.23 jew kważi €18.46 fil-ġimgħa aktar (8%).