Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Inċentivi għal persuni li jagħżlu li jiddifferixxu l-intitolament għall-Pensjoni tal-Irtirar tagħhom u jibqgħu f’impjieg jew f’impjieg għal rashom.

Persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità biex jitolbu Pensjoni tal-Irtirar tagħhom qabel l-età tal-pensjoni tagħhom, jew persuni li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni tagħhom, iżda jagħżlu li jiddiferixxu din it-talba u jibqgħu f’impjieg jew f’impjieg għal rashom, huma eliġibbli għal żieda perċentwali fil-pensjoni tagħhom kif indikat hawn taħt:

  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 62 sena – żieda ta’ 5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 62 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 5.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 6% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 64 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 6.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena

Naturalment xi ħadd li jkun ippospona l-pensjoni għal aktar minn sena ikollu ż-żieda akkumulata skont kif indikat ħawn taħt:

  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 10.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 16.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 61 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 23% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 63 sena – żieda ta’ 5.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 63 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 11.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 62 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 18% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 64 sena – żieda ta’ 6% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 64 sena
  • Għal min ikollu dritt għall-pensjoni ta’ 63 sena u ma joħodhiex u jaħdem sakemm jagħlaq 65 sena – żieda ta’ 12.5% fuq il-pensjoni li jkollu dritt għaliha ta’ 65 sena

Iż-żieda akkumulata tibqa’ titħallas kull sena fil-pensjoni u tibqa’ titħallas sal-mewt.

Iż-żieda tingħata  wkoll lil dawk kollha eliġġibli li jieħdu Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar u li jissodisfaw l-kundizzjonijiet kollha hawn fuq imsemmija, inkluż dawk li jkunu fuq Pensjoni Massima taż-Żewġ terzi. 

Iż-żieda tingħata kollha apparti żidiet oħra li jistgħu jingħataw minn żmien għal żmien inkluż il-COLA.

Iż-żieda hija wkoll trasferibbli għal pensjoni tar-romol.

Informazzjoni Addizjonali:

  • Persuna li twieldet bejn l-1952 u l-1955 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 62 sena
  • Persuna li twieldet bejn l-1956 u l-1958 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 63 sena
  • Persuna li twieldet bejn l-1959 u l-1961 – l-età statutorja tal-irtirar tagħha hija 64 sena
  • Persuna li twieldet wara l-1961 – l-eta’ statutorja tal-irtirar tagħha hija 65 sena
  • Persuna li twieldet bejn l-1952 u l-1961 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 35 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 1820 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
  • Persuna li twieldet bejn l-1962 u l-1968 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 40 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 2132 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
  • Persuna li twieldet wara l-1968 tista’ tirtira ta’ 61 sena jekk ma tkunx se taħdem u jkollha 41 sena kontribuzzjonijiet jiġifieri jkollha 2132 kontribuzzjoni mħallsa bejn l-età ta’ 18-il sena u l-61 sena.
  • Iz-żieda hija applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016 jiġifieri xi ħadd li din is-sena seta’ jirtira diġà ta’ 61 sena jew wara u ma applikax għall-pensjoni u baqa’ jaħdem, is-sena d-dieħla se jkollu dritt għaż-żieda perċentwali fil-pensjoni ma’ għeluq l-ewwel sena ta’ postponiment tal-pensjoni, liema żieda tibqa’ takkumula skont kemm snin il-persuna tiddeċiedi li tipposponi l-pensjoni u tibqa taħdem. Jekk tibqa’ taħdem sa wara l-età tal-irtirar tagħha dan naturalment irid ikun bi qbil ma’ min taħdem.

Ħa nagħtu tlett eżempji biex wieħed jifhem dan l-inċentiv x’se jkun ifisser (nassumu li l-COLA kull sena se tkun € 1.75 fil-gimgħa).

  1. Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 61 sena b’pensjoni ta’ € 8,000 fis-sena (€ 153.84 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 62, jieħu pensjoni ta’ € 8,464 (€ 162.77 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 63, jieħu pensjoni ta’ € 8,974 (€ 172.59 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ € 9,533 (€ 183.32 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 61 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ € 10,139 (€ 194.98 fil-ġimgħa).

    Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 61 sena b’pensjoni ta’ € 153.84 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ € 194.98 jew kwazi € 41.14 fil-gimgħa aktar.

  2. Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 62 sena b’pensjoni ta’ €9,500 fis-sena (€ 182.69 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 63, jieħu pensjoni ta’ €10,087 (€ 193.97 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ €10,728 (€ 206.31 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 62 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €11,425 (€ 219.72 fil-ġimgħa).

    Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 62 sena b’pensjoni ta’ € 182.69 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ € 219.72 jew kwazi € 37.03 fil-gimgħa aktar.

  3. Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 63 sena b’pensjoni ta’ € 11,500 fis-sena (€ 221.15 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 63 sena jagħżel li jirtira ta’ 64, jieħu pensjoni ta’ €12,254 (€ 235.66 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 63 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ €13,074 (€ 251.43 fil-ġimgħa).

    Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 63 sena b’pensjoni ta’ € 221.15 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ € 251.43 jew kważi € 30.28 fil-ġimgħa aktar.

  4. Xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 64 sena b’pensjoni ta’ € 12,000 fis-sena (€ 230.77 fil-ġimgħa).
    • Jekk minflok ta’ 64 sena jagħżel li jirtira ta’ 65, jieħu pensjoni ta’ € 12,844.79 (€ 247 fil-ġimgħa).

    Dan juri li xi ħadd li jista’ jirtira ta’ 64 sena b’pensjoni ta’ € 230.77 fil-ġimgħa, jekk jibqa’ jaħdem mingħajr ma jieħu l-pensjoni u jagħżel li jirtira ta’ 65 sena, huwa mbagħad jibda jieħu pensjoni ta’ € 247 jew kważi € 16.23 fil-ġimgħa aktar.