L-effett tal-Pensjoni tas-Servizz fuq Pensjoni Kontributorja
Krediti tas-Servizz
B’effett mill-5 ta’ Jannar 1987, ex-membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jew tal-Forzi Armati ta’ Malta li jirtiraw mis-servizz b’pensjoni sħiħa wara ħamsa u għoxrin (25) sena servizz jew aktar, qabel l-età tal-irtirar, jingħataw krediti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali sakemm ma jkunux qed jaħdmu bi qligħ.
Dħul Pensjonabbli tal-Forzi Dixxiplinari.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, l-assessjar għal Pensjoni Kontributorja użat dwar id-dħul pensjonabbli għal ex-membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, tal-Forzi Armati ta’ Malta, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta jew tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1962, u li jirtiraw b’pensjoni sħiħa tal-gvern bħala l-pensjoni ewlenija wara li jagħmlu ħamsa u għoxrin (25) sena fis-servizz qabel jaslu għall-età tal-irtirar, u li bdew jingħataw pensjoni tas-servizz, tkun determinata kif ġej: jew tkun l-ammont speċifikat fl-iskeda tlettax (13) jew id-dħul pensjonabbli li jiġi applikat bħala l-aħħar ġurnata tal-impjieg, wara li jiġi aċċettat l-arranġament tal-irtirar, tkun tikkonċidi mad-data tal-irtirar jew tal-invalidità, skont liema minnhom ikun l-ogħla.
Tnaqqis tal-Pensjoni tas-Servizz
It-tnaqqis tal-Pensjoni tas-Servizzi kurrenti beda mis-sena 2008.
Tnaqqis annwali ta’ mitejn ewro (€200) jiġi stabbilit taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, għaldaqstant garantit li jibqa jsir kull sena.
L-ammont totali attwali tal-pensjoni tas-servizz imnaqqas issa huwa ta’ tlett-elef u sitt-mija u sitta u sittin ewro (€3,666).
Il-Proviso tat-72 sena.
B’effett mill-4 ta’ Jannar 1992, fejn Pensjoni ta’ Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant ikun għalaq it-tnejn u sebgħin (72) sena, tiġi ikkunsidrata biss ħamsin fil-mija (50%) tal-parti ikkommutata. Jekk il-Pensjoni tas-Servizz tkun kompletament ikkommutat, din ma tiġix ikkunsidrata aktar għall-finijiet tal-komputazzjoni.
B’effett mill-5 ta’ Jannar 2019, fejn Pensjoni tas-Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant/a jkun/tkun laħaq/laħqet l-età ta’ tnejn u sebgħin (72), ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-parti ikkommutata biss ta’ dik il-Pensjoni ta’ Servizz għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-komputazzjoni.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, fejn Pensjoni ta’ Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant ikun laħaq l-età ta’ tnejn u sebgħin (72) sena, il-parti mibjuha ma għandhiex titqies fil-kalkolu tal-pensjoni kontributorja.
Aktar minn Pensjoni ta’ Servizz waħda
B’effett mill-4 ta’ Jannar 1992, persuna li tkun qed tirċievi żewġ Pensjonijiet ta’ Servizz jew aktar, l-ogħla waħda biss minn dawn il-Pensjonijiet ta’ Servizz għandha titqies bħala Pensjoni ta’ Servizz għall-skapitu tar-rata tal-pensjoni tal-irtirar.
Madankollu, għall-iskop ta’ assessjar, reviżjoni jew reviżjoni mill-ġdid ta’ Pensjoni tal-Irtirar, fejn persuna li tkun qed tirċievi żewġ Pensjonijiet ta’ Servizz jew aktar u li waħda minnhom hija pagabbli minn jew f’isem il-Gvern tar-Renju Unit, id-Direttur għandu d-dritt li jagħżel, f’isem il-persuna, liema minn dawk il-Pensjonijiet ta’ Servizz għandha tigi meqjusa bħala l-Pensjoni tas-Servizz. Din l-għażla tista’ ssir darba biss.