Dikjarazzjoni ta’ Ebda Qligħ
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jippermetti liċ-ċittadini joħorġu Dikjarazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tiċċertifika li ma rċevew l-ebda pagamenti ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali f’sena speċifika f’dawn l-aħħar 5 snin, sad-data ta’ meta nħarġet id-Dikjarazzjoni.
Peress li dan huwa dokument elettroniku mhemmx bżonn ta’ firma. Intant, din id-Dikjarazzjoni ġġenerata mhiex FS3 u ma bhekk ma tistax tintuża għall-skopijiet ta’ taxxa.
X’se tingħata
- Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa’ għal sena speċifika f’dawn l-aħħar ħames (5) snin, l-utent tingħatalu l-għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa f’format ta’ PDF. Meta tikklikkja fuq il-buttuna ‘Ara d-Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa‘, l-utent jista’ jissejvja jew jipprintja din id-dikjarazzjoni. L-utent għandu ukoll l-għażla li jirċievi dan l-istess dokument b’email.
- Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-inidirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament.
Eliġibbiltà
- Ċittadin li bħalissa mhuwiex benefiċjarju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.
Kif taċċessa s-servizz
L-utent irid jawtentika bil-login u password tal-e-ID biex jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Ebda Qliegħ mid-Dipartiment tas-Siġurtà Soċjali.
Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Dikjarazzjoni ta’ Ebda Qligħ’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.