Ħlas Lura ta’ Pagament Żejjed – Min Iħaddem
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta’ avviż ta’ ħlas żejjed b’rabta ma’ talba għal tnaqqis gradwali tal-benefiċċji, iħallas online l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-informazzjoni pprovduta fl-ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir l-ħlas lura online tal-pagament żejjed.
X’se tingħata
Ladarba min iħaddem jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-ħlas żejjed jista’ jitħallas lura online. Min iħaddem jista’ ukoll jawtorizza rapreżentant tiegħu biex jagħmel ħlas lura f’ismu/isimha.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kull persuna li tħaddem impjegat/a, u kienet tirċievi Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji relatat ma’ dan/din l-impjegat/a.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz, ser ikollok bżonn:
- L-ittra ta’ Avviż li tkun intbagħtet mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn ikun hemm indikazzjoni ta’ informazzjoni li trid titniżżel fl-applikazzjoni biex isir pagament b’suċċess.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Sabiex tagħmel ħlas lura online mhemmx il-bżonn li tawtentika bil-e-ID.
- Ser ikollok bżonn l-informazzjoni li ġejja: Numru tal-PE, Isem tal-Kumpanija, Isem u Kunjom tar-rappreżentant ta’ min iħaddem, Numru tal-Karta tal-Identità tal-Impjegat/a u l-Ammont Sħiħ ta’ Ħlas Żejjed Oriġinali. (numri biss għandhom jiddaħħlu fl-ispazju tal-ammont).
Kif tħallas lura ħlas żejjed
Ħallas lura żejjed dovut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online.