Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dettalji ta’ Kuntatt – Bidla fl-Indirizz Barrani

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jipprovdi l-faċilità lil dawk li m’għandhomx e-ID maħruġa mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità, li tbiddel l-indirizz postali tiegħek irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jekk tkun sejjer tgħix barra minn Malta jew jekk tkun diġà toqgħod barra minn Malta u trid tibdel l-indirizz tiegħek għal pajjiż differenti.

Intant, jekk toqgħod barra minn Malta u diġà għandek indirizz postali barrani reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u inti għandek e-ID maħruġa minn Identità u trid tibdel l-indirizz postali tiegħek fl-istess pajjiż ta’ residenza, ikklikkja hawn. L-utent irid jawtentika bl-e-ID maħruġa minn Identità  biex ikollu aċċess għal dan is-servizz online.

X’se tingħata

Ibdel l-indirizz postali tiegħek minn indirizz Malti għal indirizz barrani u viċi versa; jew lejn pajjiż differenti. Din l-informazzjoni ma tiġix aġġornata istantanjament peress li l-ewwel jeħtieġ li tiġi vverifikata mid-dipartiment.

Eliġibbiltà

  • Ikollok bżonn tipprovdi l-indirizz sħiħ il-ġdid tiegħek li trid tibdel.
  • Ikollok bżonn tipprovdi n-Numru tal-Pensjoni tiegħek.
  • F’każ li tirċievi l-Għotja lil Persuni li ma jikkwalifikawx għall-Pensjoni Kontributorja, trid tipprovdi n-numru tal-Karta tal-Identità minflok in-Numru tal-Pensjoni tiegħek.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Rispons