Ċertifikat Mediku Blu – Issottometti
Ħarsa Ġenerali
Iċ-ċertifikat mediku blu għandu jimtela minn tabib u jiġi sottomess online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill-ewwel ġurnata tal-mard. L-uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma f’każijiet ta’ sptar jew trattament barra mill-pajjiż.
Dawk li jagħmlu t-talba għandhom jiżguraw li l-indirizz miktub fuq iċ-ċertifikat jaqbel mal-indirizz uffiċjali miżmum mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li jintuża mid-dipartiment għal kull korrispondenza uffiċjali. Għalhekk, ma jsir l-ebda tibdil fl-indirizz uffiċjali li għandu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jekk ikun differenti minn dak sottomess fuq iċ-ċertifikat.
Tista’ tivverifika u taġġorna biss l-indirizz uffiċjali tiegħek online, skont l-indirizz attwali fuq il-Karta tal-Identità tiegħek billi tikklikkja hawn, jew żur wieħed mill-hubs ta’ servizz.gov għal aktar għajnuna.
X’ser jingħata
Benefiċċju għal Mard skont il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità.
Eliġibilità
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Impjegat/a jew persuna taħdem għal rasha li tkun ma tiflaħx fuq il-lant tax-xogħol u tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti.
- Iċ-ċertifikat mediku blu jrid ikun mimli u sottomess kif suppost.
Dokumentazzjoni Meħtieġa
- Huwa ferm IMPORTANTI li ċ-ċertifikat mediku blu jkollu d-dettalji kollha tat-tabib u tal-applikant mimlija sew miż-żewġ naħat. Dan jinkludi l-IBAN, għal xi pagamenti tal-Benefiċċju għal Mard li wieħed jista’ jkun intitolat għalih. Kun żgur li ċ-ċertifikat mediku blu jkun iffirmat kemm mit-tabib kif ukoll mill-applikant qabel ma jiġi sottomess.
- Kopja skennjata b’mod ċar taċ-ċertifikat mediku blu miż-żewġ naħat huma mitluba li jiġu sottomessi mal-applikazzjoni online.
Kif taċċessa dan is-servizz
Ikklikkja hawn biex tissottometti ċ-ċertifikat mediku blu online.