Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ċertifikat Mediku Blu – Issottometti

Ħarsa Ġenerali

Iċ-ċertifikat mediku blu għandu jimtela minn tabib u jiġi sottomess online lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill-ewwel ġurnata tal-mard. L-uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma f’każijiet ta’ sptar jew trattament barra mill-pajjiż.

X’ser jingħata

Benefiċċju għal Mard skont il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità.

Eliġibilità

  • Impjegat/a jew persuna taħdem għal rasha li tkun ma tiflaħx fuq il-lant tax-xogħol u tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti.
  • Iċ-ċertifikat mediku blu jrid ikun mimli u sottomess kif suppost, Kun żgur li ċ-ċertifikat mediku l-blu jkun iffirmat kemm mit-tabib kif ukoll mill-applikant qabel ma jiġi sottomess.
  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Dokumentazzjoni Meħtieġa

  • Kopja skennjata b’mod ċar tal-faċċata taċ-ċertifikat mediku blu li trid tiġi applowdjata matul is-sottomessjoni tal-applikazzjoni online.
  • Ma jsir l-ebda tibdil fl-indirizz uffiċjali li għandu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jekk ikun differenti minn dak sottomess fuq iċ-ċertifikat. Tista’ tivverifika u taġġorna biss l-indirizz uffiċjali tiegħek online, skont l-indirizz attwali fuq il-Karta tal-Identità tiegħek billi żżur kuntatt-dss.gov.mt.
  • Għalkemm l-IBAN m’għadux mitlub li jiġi mdaħħal waqt is-sottomessjoni taċ-Ċertifikat Mediku Blu online, l-applikant/a xorta jrid jivverifika u jikkonferma l-IBAN tiegħu/tagħha billi jżur bankarjidss.gov.mt

Kif taċċessa dan is-servizz

Ikklikkja hawn biex tissottometti ċ-ċertifikat mediku blu online.

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Ċertifikat Mediku Blu – Sottomissjoni’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.