Monitoraġġ tal-Applikazzjoni
Ħarsa ġenerali
L-enfasi ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi lil benfiċjarju bid-dettalji tal-benefiċċji li huma kurrenti u attivi, kif ukoll benefiċċji li għadhom pendenti li qed jistennew assessjar u awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
X’se tingħata
Lista bid-dettalji ta’ l-applikazzjoni/jiet jew talba/talbiet għar-reviżjoni magħmula minnek f’dawn l-aħħar tnax-il xahar. Minn hawn inti tista’ tivverifika jekk it-talbat tiegħek tkunx ġiet ipproċessati u r-riżultat relevanti.
Esklużjonijiet:
Pensjoni tal-Irtirar – Evalwazzjoni Tentattiva
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont ta’ e-ID maħruġ minn Identity Malta
Kif taċċessa s-servizz
L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz ta’ Monitoraġġ tal-Applikazzjoni.