Irrapporta Pagament mhux Riċevut
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jipprovdi sabiex benefiċjarju jirrapporta li pagament tal-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali ma ġiex irċevut jew kreditat, inkella jitlob informazzjoni skont l-istat tal-pagament marbut mat-tipi differenti tal-metodi ta’ pagament – Ċekk, Kreditu Dirett u Kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija.
X’se tingħata
- Issottometti rapport online fuq il-pagament tal-benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali magħmul minn ċekk mhux riċevut:
- L-utent jista’ jagħżel minn pagament ta’ ċekk fejn jidher li hu fi stat ta’ Mħallas jew Maħruġ fejn talinqas trid tkun għaddiet ġurnata (1) mid-data li jista’ jissarraf.
- Meta l-utent jagħżel ‘Ma rċevejtux?’ l-utent jiġi milqugħ biex idaħħal l-email.
- Meta ‘Issottometti Rapport’ tiġi magħfusa, l-proċess tat-twaqqif tal-pagament jiġi attivat.
- Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex tinfurmaħ li r-rapport ġie mdaħħal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
jew
Il-benefiċjarju / amministratur / aġent jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni f’Ċentru ta’ servizz.gov tal-għażla tiegħu fejn jindika li ċ-ċekk huwa mitluf, imqatta’ jew li ma jistax jiġi msarraf.
Wara:
- Isir rapport biex jitwaqqaf il-pagament billi issir sottemessjoni online biex jinbeda l-proċess.
- Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jivverifika mal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-istatus taċ-ċekk.
- Fil-każ ta’ ċekk mitluf, jekk jinstab li ġie msarraf, ir-rapport dwar il-waqfien tal-pagament jintbagħat lura liċ-Ċentru ta’ servizz.gov u l-benefiċjarju/a j/tiġi nfurmat/a. Jekk il-benefiċjarju/a j/tinsisti li ċ-ċekk ma ġiex imsarraf minnu/ha, wieħed irid imur fl-eqreb ċentru ta’ servizz.gov biex tintwera il-firma fuq l-kopja taċ-ċekk. Jekk il-benefiċjarju/a j/temmen li l-firma mhux tiegħu/tagħha, l-aġent tas-servizz.gov jagħmel rapport online għal ċekk imsarraf minn terza persuna biex tkun tista’ tibda investigazzjoni.
- Fil-każ jinstab li ċ-ċekk mhux imsarraf, jinħareġ ċekk ta’ sostituzzjoni u jintbagħat lil benefiċjarju.
Din il-proċedura ġeneralment tieħu bejn għaxar (10) sa ħmistax-il (15) ġurnata biex tiġi ffinaliżżata, sakemm ma jkunx hemm talba għall-investigazzjoni. Jekk iċ-ċekk mitluf jinstab mill-benefiċjarju qabel is-sostituzzjoni, l-benefiċjarju għandu jinforma lill-aġent f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov mill-aktar fis possibbli.
- Issottometti Rapport online għal Kreditu Dirett għall-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew Kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija mhux ikkreditat:
- L-utent jista’ jagħżel kwalunkwe’ transazzjoni ta’ pagament mil-lista ta’ pagamenti.
- Id-dettalji tal-pagament rispettiv jiġu murija.
- Meta ‘Ma rċevejtux?’ tiġi magħfusa, l-utent jiġi milqugħ b’aktar informazzjoni fuq it-transazzjoni.
- L-utent jista’ jagħżel li jsaqsi għal aktar informazzjoni billi jdaħħal l-email u jikklikkja fuq il-buttuna ‘Issottometti Rapport’.
- Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex tinfumah li r-rapport ġie mibgħut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
jew
Il-benefiċjarju / amministratur / aġent jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni fiċ-Ċentru ta’ servizz.gov tal-għażla tiegħu fejn jindika li kreditu dirett għall-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija ma ġiex riċevut.
Wara:
- Jekk ikun hemm xi problema bin-numru tal-IBAN minn naħa tal-klijent, jinħareġ ċekk f’isem il-klijent u jintbagħatlu. Hekk kif il-problema tiġi solvuta, il-klijent jista’ jerġa japplika biex jirċievi l-pagamenti dirett il-bank.
- Jekk jinstab li l-klijent mgħadux intitulat għall-benefiċċju / pensjoni, il-klijent jiġi nfurmat.
- Fil-każ ta’ benefiċċju tal-Enerġija li ma jkunx ġie kkreditat, id-dipartiment jivverifika jekk il-klijent għadux intitulat għall-benefiċċju u jkun infurmat kif meħtieġ.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tirċievi xi benefiċċju, assistenza jew pensjoni.
- Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta biex l-utent jiġi awtentikat.