Ridirezzjoni ta’ Ċekk
Ħarsa ġenerali
Persuna benefiċjarja rikoverata fi Sptar jew Ċentru ta’ Riabilitazzjoni tista’ tagħżel indirizz alternattiv fejn tibda tirċievi il-pagamenti tagħha li joħorġu b’ċekk mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
X’se tingħata
Il-benefiċjarju/a j/tibda j/tirċievi ċekkijiet tal-benefiċċju maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, f’indirizz tal-għażla tiegħu/tagħha, flok dak tal-Isptar jew iċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni li bħalissa qed j/tgħix fih.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tirċievi xi benefiċċju, allowance jew pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn il-pagament joħroġ bħala ċekk
- Il-persuna benefiċjarja tkun tgħix f’Isptar jew Ċentru ta’ Riabilitazzjoni
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel l-Anness ta’ Ridirezzjoni ta’ Ċekk, li jrid ikun iffirmat u ttimbrat minn Amministratur ta’ Sptar / Ċentru ta’ Riabilitazzjoni jew mill-Nursing Officer tal-Ward
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.