Assistenza għal Diżimpjieg
Ħarsa ġenerali
L-Assistenza għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil Kap tal-Familja li jkun qed jirreġistra għax-xogħol taħt il-Parti 1 tar-Reġistru tad-Diżimpjieg.
X’ser jingħata
L-Assistenza għal Diżimpjieg titħallas kull ġimgħa u tingħata lil Kap tal-Familja fir-rigward tiegħu u l-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-familja li tgħix fid-dar.
L-Assistenza titħallas b’rata sħiħa jekk l-applikant huwa persuna waħdu u qed jgħix waħdu. Mill-banda l-oħra, jekk persuna qed jgħix ma’ xi ħadd ieħor li huwa qarib (eskluż il-ġenitur/i), l-applikant ikun intitolat bir-rata ta’ 75% tar-rata tal-Assistenza għal Diżimpjieg.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant huwa l-Kap tal-Familja
- L-applikant irid ikun qed jirreġistra għax-xogħol taħt il-Parti 1 tar-Reġistru tad-Diżimpjieg
- L-applikant għandu jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal koppja m’għandhomx jaqbżu €23,300 u €14,000 għal persuna waħda
- Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe Dħul ieħor derivat, m’għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza għal Diżimpjieg skont il-familja
- Minn Jannar 2022 l-applikant li jirċievi Assistenza għal Diżimpjieg ser jibda jieħu iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kopja tal-Karta tal-Identità
- Kont tal-Ilma u l-Elettriku
- Rendikonti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin)
- Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom
- Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f’Malta u / jew barra (li mhix Dar ta’ Residenza u / jew Residenza tas-Sajf)
- Kopja tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija
- Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra
- Kopja tal-liċenzji tas-sewqan tal-kap tad-dar u tal-konjuġi / sieħeb / sieħba
- Dokumenti ta’ separazzjoni / divorzju jekk il-każ
- Kopja tal-payslip tal-konjuġi / sieħeb / sieħba jekk j/taħdem
Kif tapplika
Imla u ibgħat il-formola online.