Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju għal Diżimpjieg skont ir-Regoli tal-UE

Ħarsa ġenerali

Persuni li jkunu ħadmu f’pajjiżi tal UE qabel il-perjodu ta’ xogħol f’Malta, jistgħu jitolbu għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg billi jirreġistraw għax-xogħol taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad ma’ Jobsplus (Aġenzija tal-Impjiegi ta’ Malta).

X’ser jingħata

Benefiċċju għal Diżimpjieg.

Kull kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa f’Malta hija ekwivalenti għal ġurnata waħda ta’ benefiċċju għal diżimpjieg. Dan il-benefiċċju jitħallas għal massimu ta’ 6 xhur, għalkemm jiddependi fuq kemm l-applikant ikun ħadem f’ħajtu.

Biex titlob il-benefiċċju għal diżimpjieg, l-ewwel wieħed irid jirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol ma’ Jobsplus. Barra minn hekk, meta min jagħmel it-talba ma jkollux biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jikkwalifika għall-benefiċċju għal diżimpjieg, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun jeħtieġ jikkonferma l-perjodi ta’ assigurazzjoni u impjieg jew xogħol għal rasu, f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, biex jitqies għall-ħlas tal-benefiċċju għal diżimpjieg. Biex jitħaffef dan il-proċess, l-applikant jista’ jipproduċi formola U1 biex jiċċertifika l-perjodi ta’ assigurazzjoni u impjieg jew xogħol għal rasu, f’dawn l-aħħar sentejn f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Huwa rakkomandat li persuna titlob għal formola U1 mill-pajjiż fejn tkun ħadmet qabel ma tiġi Malta.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun jeħtieġ ukoll l-FS3s (id-dikjarazzjoni finali tal-qligħ tal-benefiċjarju pprovduta minn min iħaddem) għall-perjodu li l-applikant ikun ħadem f’Malta.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Tirreġistra għax-xogħol bħala persuna li qed tfittex xogħol taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad tal-Jobsplus (jekk tirriżenja mill-impjieg tiegħek inti ma tkunx tista’ tirreġistra taħt l-1 Parti)
  • Ħallast 50 kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 – li tal-inqas waħda minnhom tħallset f’Malta
  • Ħallast 20 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 fl-aħħar sentejn kalendarji qabel is-sena li qed tissottometti t-talba għaliha

Kif tapplika

Ladarba persuna tibda tirreġistra mal-Jobsplus taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad, it-talba għall-ħlas tal-Benefiċċju għal Diżimpjieg tibda awtomatikament.