Benefiċċju għal Diżimpjieg

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li tkun ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 u tkun qed tirreġistra taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn Jobsplus.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jitħallas fuq bażi ta’ 6 ijiem fil-ġimgħa, u jkopri ħlas mit-Tnejn sas-Sibt.

Il-benefiċjarju huwa ntitolat li jitħallas sa massimu ta’ 156 ġurnata ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg. Ma’ dan kollu, il-ħlas huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mill-applikant qabel it-talba.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li qed tirreġistra għall-impjieg taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn JobsPlus
  • L-applikant irid ikun ħallas minn tal-inqas 50 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 u/jew tal-Klassi 2 minn meta ġie reġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sad-data tat-Talba tal-Benefiċċju, kif ukoll ikun ħallas jew ġie akkredidat 20 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul l-aħħar sentejn sħaħ qabel is-sena li fiha ssir it-Talba għall-Benefiċċju tad-Diżimpjieg
  • Biex ikun intitolat għal 156 ġurnata sħiħa ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg, l-applikant għandu jissodisfa t-Testijiet tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali indikati hawn fuq u jkollu minimu ta’ 156 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew kreditati qabel issir it-talba

Kif tapplika

L-applikazzjoni tiġi sottomessa awtomatikament meta persuna tkun qed tirreġistra taħt l-1 Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn Jobsplus.