Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji – Miżżewweġ / Unjoni Ċivili / Koabitazzjoni

Ħarsa ġenerali

Benefiċjarji li jirċievu Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad jew Għajnuna għal Ġenitur Singlu jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad għal perjodu ta’ sena fl-aħħar 3 snin u jiżżewwġu jew jingħaqdu f’unjoni ċivili jew jikkoabitaw (Kap. 571.) ma’ persuna impjegata li d-dħul tagħha huwa daqs il-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa jew aktar, jista’ jkunu intitolati għal Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

X’se tingħata

Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:

  • 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
  • 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
  • 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.

Il-benefiċjarji jitħallsu b’lura kull erba’ (4) ġimgħat.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

L-applikanti li qed jirċievu Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad jew Għajnuna Soċjali għal-Ġenitur Singlu jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad għal sena fl-aħħar tliet (3) snin qabel id-data ta’ żwieġ jew unjoni ċivili jew koabitazzjoni u l-konjuġi/sieħeb/sieħba j/taħdem bi qligħ daqs il-paga minima nazzjonali fil-ġimgħa jew aktar.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ċertifikat ta’ unjoni ċivili reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta (fejn hu applikabbli).
  • Ċertifikat ta’ koabitazzjoni reġistrata u insinwat mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta (fejn hu applikabbli).

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.