Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
(Miżżewweġ/Unjoni Ċivili/Koabitazzjoni)
Ħarsa ġenerali
Benefiċjarji li jirċievu Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad jew Għajnuna għal Ġenitur Singlu jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad għal perjodu ta’ sena fl-aħħar 3 snin u jiżżewwġu jew jingħaqdu f-Unjoni Ċivili jew jikkoabitaw (Kap. 571.) ma’ persuna impjegata li d-dħul tagħha huwa daqs il-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa jew aktar.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena
Il-benefiċjarji jitħallsu b’lura kull 4 ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikanti li qed jirċievu Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad jew Għajnuna Soċjali għal-Ġenitur Singlu jew Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad għal sena fl-aħħar 3 snin qabel id-data ta’ Żwieġ jew Unjoni Ċivili jew Koabitazzjoni u l-konjuġi huwa/hija okkupat/a bi qligħ daqs il-Paga Minima Nazzjonali fil-ġimgħa jew aktar.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ċertifikat ta’ Unjoni Ċivili reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku (fejn hu applikabbli)
- Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni reġistrat u insinwat mir-Reġistru Pubbliku (fejn hu applikabbli)
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.