Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Is-Sistema Amministrattiva tal-Benefiċċji Soċjali

01/01/2023 | Aħbar Riċenti

Is-Sistema Amministrattiva tal-Benefiċċji Soċjali (SABS) hi waħda mis-sistemi ewlenin tat-teknoloġija tal-informatika tal-Gvern. Għal dawn l-aħħar tletin sena, SABS servietu għadha sservi l-funzjonalità operazzjonali u tal-proċess tan-negozju kollha meħtieġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) biex jipproċessa, jimmaniġġja, jevalwa u jħallas il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Il-kobor u l-kumplessità tas-soluzzjoni huma sinifikanti, u tkompli tevolvi hekk kif jiġu aġġornati bidliet fir-regoli tan-negozju u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

SABS hija soluzzjoni żviluppata apposta mill-Aġenzija Maltija għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (MITA) u tintuża biex tiddetermina l-eliġibilità għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Valutazzjoni tiddetermina jekk applikazzjoni hijiex aċċettata jew miċħuda, li mbagħad tkun awtorizzata biex tippermetti l-ħlas tal-benefiċċju jew ir-rifjut, li jkopri l-oqsma li ġejjin:

  • Benefiċċji Mhux Kontributorji: L-eliġibilità għal dawn il-benefiċċji mhijiex ibbażata fuq test tal-kontribuzzjonijiet iżda tevalwa l-Mezzi Finanzjarji, Kompożizzjoni tal-Familja u tevalwa wkoll il-Kundizzjoni Medika.
  • Pensjonijiet Kontributorji: Il-valutazzjoni hija bbażata prinċipalment fuq testijiet huma bbażati fuq Kundizzjonijiet Statutorji, Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew ikkreditati, Dħul Pensjonabbli u dettalji tal-Impjiegi. Il-Pensjonijiet tas-Servizz Lokali/Barranin jistgħu jaffettwaw il-pensjoni lokali. Il-Pensjonijiet ta’ Invalidità/Korriment huma suġġetti għall-evalwazzjoni tal-Panel Mediku.
  • Benefiċċji għal żmien qasir: L-eliġibilità teħtieġ test ta’ Kontribuzzjoni, iżda kuntrarjament għall-pensjonijiet, dawn il-benefiċċji huma ta’ natura għal żmien qasir, mhux għal ħajjithom. Eżami tal-Bord Mediku jista’ jkun meħtieġ f’każ ta’ mard jew korriment. L-istat ċivili, it-tip ta’ impjieg u l-istorja huma wkoll evalwati waqt il-valutazzjoni.
  • Benefiċċji Oħra: Familja u Benefiċċji relatati max-Xogħol, Għotjiet, Bonuses u Skemi li huma soġġetti għal kriterji ta’ eliġibilità differenti.

Is-SABS tiġġenera wkoll diversi rapporti standard eżekuttivi, tal-klijenti jew operattivi. Rapporti u statistika ad hoc jistgħu wkoll jiġu ġġenerati permezz ta’ mistoqsijiet dwar id-dejta. Ir-rapporti operattivi jipprovdu għal rappurtar tal-proċess intern (eż. ħlasijiet ta’ benefiċċji, kontrolli ta’ intitolament, eċċ), rappurtar ta’ kontabilità ġenerali, rapporti finanzjarji u rapporti statistiċi. Is-SABS jintuża biex jiġġenera għażla ta’ rapporti operattivi meħtieġa għat-tmexxija ta’ kuljum tar-responsabbiltajiet tad-Dipartiment. Is-sistema tinteraġixxi ma sistemi oħra tal-gvern (bħas-sistema ta’ Taxxa) u Servizzi oħra (bħal Pjattaforma li tibgħat Notifiki u Database Komuni ta’ Malta) biex tgħin lid-Dipartiment iwettaq aħjar il-proċess tas-sigurta’ soċjali lil pubbliku. Id-Dipartiment ikomplu fil-proċess li jimmodernizza din is-sistema biex ikompli jtejjeb l-proċess intern u estern ta’ kif jingħata s-servizz.