Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Issottometti Dokumenti Online

01/03/2023 | Aħbar Riċenti

Dan is-servizz jippermettilek ittella’ kopji ta’ dokumenti mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’ittra ta’ notifika lil min jagħmel talba, magħrufa bħala Ittra ta’ Sejħa. B’riżultat ta’ dan, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat Ittra ta’ Sejħa lill-applikant, biex jiġi infurmat dwar liema dokumenti addizzjonali huma meħtieġa biex jitlesta l-ipproċessar ta’ applikazzjoni sottomessa jew ta’ talba reviżjoni.

Id-dokumenti mitluba għandhom jitħejjew bħala kopja skanjata ladarba l-applikant jirċievi Ittra ta’ Sejħa qabel ma jittellgħu online. Matul dan il-proċess, is-servizz online jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet tkun speċifikata fl-Ittra tas-Sejħa. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tasalx fil-ħin, l-intitolament għall-benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jiġi ttardjat jew mitluf.

L-annessi kollha jiġu ssejvjati immedjatament fir-Repożitorju tad-Dokumenti tad-Dipartiment wara li jittellgħu. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mbagħad jivverifika dawn għall-eżattezza u l-validità.

Minbarra l-adozzjoni ta’ prinċipju ta’ darba biss għad-dokumentazzjoni użata f’taqsimiet differenti, l-annessi ma jkollhomx għalfejn jiġu stampati minħabba li jkunu diġà disponibbli online. Dan iżid l-effiċjenza filwaqt li jiffranka l-flus fuq l-istampar u l-ħażna tad-dokumenti. Barra minn hekk, min jagħmel it-talba jista’ jissottometti d-dokumenti kollha meħtieġa online waqt il-ħin liberu tiegħu, u b’hekk jelimina l-ħtieġa li jżur ċentru ta’ servizz.gov.

Biex tuża dan is-servizz, ser ikollok bżonn:

  • In-Numru tad-Dokument kif indikat fl-Ittra tas-Sejħa, jekk tagħżel li tawtentika bil-kont tal-e-ID tiegħek, li jinħareġ minn Identity Malta.
  • In-Numru tad-Dokument flimkien man-Numru tal-Karta tal-Identità tiegħek, jekk tagħżel li ma tawtentikax bl-e-ID tiegħek.
  • L-iskannjar tad-dokumenti sottomessi, jista’ jsir bl-użu ta’ kull tip ta’ apparat, sakemm dawn jiġu salvati fil-format elenkat ta’ .pdf, .jpg, .jpeg, .gif, .bmp, .png, .tiff, . doc u .docx. Id-daqs ta’ kull dokument m’għandux ikun ta’ aktar minn 5MB, sa total ta’ 10MB għas-sottomissjoni sħiħa.

Huwa meħtieġ kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa. Ikklikkja hawn fuq il-link biex toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.

It-Tim tal-Customer Care tagħna lest li jgħin.

Ikkuntatjana: kuntattdss.gov.mt