Kitba Ċara fis-Servizz Pubbliku – Id-Dimensjoni Soċjali
Bis-sehem ta’ diversi esperti fil-qasam, dan l-avveniment iffoka fuq il-kunċett ta’ kitba sempliċi f’dokumenti/ittri bil-għan li l-qarrej ikun jista’ jifhem il-messaġġ b’mod aktar ċar. Suġġetti ewlenin kienu jinkludu: kitba ċara għat-tfal u l-ħolqien ta’ dokumenti immirati għat-tfal, kitba ċara f’dokumenti legali, l-approċċ ta’ lingwaġġ sempliċi, kitba ċara fil-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll kitba ċara fil-kuntest Malti.Il-Konferenza, l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta, serviet bħala opportunità għall-parteċipanti biex jaqsmu l-għarfien dwar il-benefiċċji ta’ komunikazzjoni ċara u li tinftiehem, kemm għas-servizz pubbliku kif ukoll għall-pubbliku li qed jirċievi l-komunikazzjoni.




