Logo
Logo
  • MT
  • EN

Talba għall-Investigazzjoni dwar Osservanza ta’ Benefiċċji

Ħarsa ġenerali

Jekk għandek raġuni biex temmen li persuna tista’ tkun qed tikkommetti Frodi tal-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali, tista’ tirrapporta dan il-ksur lill-Unità tal-Osservanza dwar Benefiċċji li tifforma parti mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza. Tista’ tagħżel li tagħmel rapport anonimu.

X’għandek tkun taf

Jekk jogħġbok agħti r-raġuni/jiet għaliex temmen li l-benefiċċju li qed jirċievi l-persuna li għandha tiġi investigata mhuwiex konformi mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u minn meta. Jekk jogħġbok inkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa li tista’ tgħin lill-Unità tal-Osservanza dwar Benefiċċji biex tibda u tikkonkludi investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli.

Jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-persuna li fuqha qed issir it-talba għall- investigazzjoni li tinkludi l- (mhux limitat):

  • Isem u Kunjom il-persuna li għandha tiġi investigata
  • Indirizz tal-persuna li għandha tiġi investigata
  • Tip ta’ frodi ta’ benefiċċju li l-persuna li għandha tiġi investigata qed twettaq

X’inhu l-proċess meta tasal talba għall-Investigazzjoni dwar Osservanza ta’ Benefiċċji?

L-Unità tal-Osservanza dwar Benefiċċji li tifforma parti mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza tinvestiga t-talbiet kollha għall-investigazzjoni, għalkemm ma tkunx tista’ tiġi ipprovduta informazzjoni dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni partikolari.  Tintbagħat notifika li turi li waslet ir-rikjesta għall-investigazzjoni sakemm din it-talba ma ssirx b’mod anonimu.

Kif tissottometti talba għall-investigazzjoni dwar Osservanza ta’ Benefiċċji

Imla u ssottometti t-talba għall-investigazzjoni dwar Osservanza ta’ Benefiċċji online.

Font Resize
Contrast