Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Servizzi Ċċentrati fuq in-Nies

01/05/2026 | Aħbar Riċenti

It-twassil ta’ servizzi ċċentrati fuq in-nies fil-qafas tas-sigurtà soċjali f’Malta mhuwiex sempliċement ambizzjoni. Huwa impenn kontinwu, immexxi mill-prinċipji tad-disinn tas-servizz u ffurmat mir-realtajiet ta’ kuljum taċ‑ċittadini. Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali (DSS) jopera fiċ‑ċentru ta’ dan l-impenn, billi jamministra l‑benefiċċji stabbiliti taħt l‑Att tas‑Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u fl‑istess ħin jaħdem biex itejjeb b’mod kontinwu kif is‑servizzi jiġu ddisinjati, ipprovduti u esperjenzati.

Nagħtu Servizzi lin-Nies Tul l-Istadji tal-Ħajja

Is-sigurtà soċjali f’Malta għandha impatt dirett u sinifikanti fuq l-individwi u l-familji, mill-impjieg u l-mard, għar‑ritorn mill‑xogħol, id‑diżabilità u sitwazzjonijiet vulnerabbli fil‑ħajja. Id‑DSS jirrikonoxxi li l‑vjaġġ ta’ kull ċi-ttadin huwa uniku. Kemm jekk persuna tkun qed tirreġistra għal Numru tas-Sigurtà Soċjali, tapplika għal benefiċċju, tiċċekkja l‑kontribuzzjonijiet tagħha jew tfittex ċertezza dwar id‑drittijiet tagħha, kull interazzjoni għandha tkun ġusta, rispettata u ta’ sostenn. Dan huwa allinjat mal-impenn formali tad‑Dipartiment li jindirizza mistoqsijiet b’integrità u ġustizzja, waqt li jiżgura risposti f’waqthom u proċessi trasparenti.

Npoġġu liċ‑Ċittadin fiċ‑Ċentru

Id-disinn tas-servizzi fi ħdan id‑DSS evolva minn proċessi interni, immexxija mill-fluss tax-xogħol, għal approċċ li jibda billi nisimgħu liċ‑ċittadin. Fehim ċar tad‑drittijiet, l‑aspettattivi u d‑diffikultajiet, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rispons, sistemi tal-ilmenti u għarfien mill‑utenti jifforma l‑mod kif is‑servizzi jinbidlu u jitjiebu maż-żmien. Dan l-approċċ iċċentrat fuq in-nies jinsab fiċ‑ċentru tal-istandards tad-disinn tas-servizz tad‑DSS:

  • Servizzi mmirati lejn il-bżonnijiet reali taċ‑ċittadini.
  • Appoġġ olistiku bejn l-unitajiet biex jinħolqu esperjenzi bla xkiel.
  • Il-Prinċipju ta’ Darba Biss, li jnaqqas it-talbiet ripetuti għall-informazzjoni.
  • Servizzi diġitali kompletament integrati, li jkopru l-proċess kollu.
  • Servizzi diġitali bħala l‑ewwel għażla, b’għajnuna disponibbli fejn meħtieġ.
  • Ristrutturar tal-proċessi biex jiġu eliminati passi żejda u Ristrutturar.

Trasformazzjoni Diġitali għal Aċċess Aħjar

Permezz ta’ l-app mySocialSecurity, iċ‑ċittadini jistgħu jaġġornaw id‑detalji tagħhom, jiċċekkjaw il‑pagament, jissottomettu dokumentazzjoni u jsegwu l‑istatus tal‑applikazzjoni tagħhom, proċessi li jsaħħu t‑trasparenza, jagħtu aktar setgħa liċ‑ċittadin u jnaqqsu l‑piż amministrattiv. Dan jirrifletti l‑impenn usa’ lejn effiċjenza diġitali fis‑servizz pubbliku f’Malta, inkluż sistemi li jiżguraw li l‑kontribuzzjonijiet tas‑sigurtà soċjali, id‑detalji tal‑identità u l‑eliġibbiltajiet għall‑benefiċċji jiġu ġestiti b’mod preċiż u sigur.

Inklużjoni: Ħadd Ma Jibqa’ Lura

Filwaqt li l‑ għodod diġitali qed ikomplu jiżdiedu, id‑DSS iżomm strutturi alternattivi ta’ aċċess biex jassigura trattament ugwali għal dawk li ma jistgħux jużaw l‑għodod online. Dan jinkludi persuni anzjani, gruppi vulnerabbli u individwi b’ħiliet diġitali limitati. Il-mekkaniżmi ta’ rispons, is-sistemi formali tal-ilmenti u ċ‑ċentri ta’ Servizz.gov jagħmlu parti minn ekosistema ta’ servizz li tħaddan l‑inklużjoni u l‑aċċessibbiltà bħala prinċipji fundamentali.

Fiduċja permezz ta’ Trasparenza u Konsistenza

Is-sistema tas-sigurtà soċjali f’Malta hija mibnija fuq il-fiduċja,  li tinkludu li l-kontribuzzjonijiet jiġu rrekordjati b’mod preċiż, li l-benefiċċji jingħataw kif suppost, u li l-appoġġ ikun disponibbli meta jkun meħtieġ. Biex tinżamm il-fiduċja pubblika, id‑DSS jiżgura li d-deċiżjonijiet amministrattivi jkunu trasparenti, ibbażati fuq informazzjoni korretta u allinjati mal‑Att tas‑Sigurtà Soċjali. Aġġornamenti kontinwi fir-regoli, il-formoli u l-għodod online jiżguraw li ċ‑ċittadini jirċievu informazzjoni attwali, affidabbli u preċiża.

Vjaġġ ta’ Titjib kontinwu

Is-servizzi ċċentrati fuq in-nies qegħdin jevolvu b’mod kostanti. Id‑DSS ikompli jirfina l-politiki tiegħu, jerġa’ jiddisinja s-servizzi diġitali, jissimplifika l-proċessi amministrattivi, u jtejjeb il-mekkaniżmi ta’ trattament tal-ilmenti biex jiżgura li kull resident, Malti jew barrani, ikun jista’ jaċċessa appoġġ f’waqtu, b’korrettezza, u b’sens ta’ ħniena. Dan iċ‑ċiklu kontinwu ta’ rispons, titjib u innovazzjoni jirrifletti l‑veru spirtu tas-servizz pubbliku fil-qasam tas-sigurtà soċjali f’Malta.