Verżjoni Emendata tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Ħidma fl-UE: Għodda ta’ Self Assessment
Il‑Għodda ta’ Self‑Assessment dwar il‑Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali fl‑UE, emendata u mtejba reċentement, toffri esperjenza aktar ċara u faċli għall‑utent. Din l‑għodda tappoġġja lil min iħaddem u lil persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu f’żewġ pajjiżi jew aktar tal‑UE sabiex jiddeterminaw liema leġiżlazzjoni tas‑sigurtà soċjali tapplika għas‑sitwazzjoni tagħhom. Skont ir‑regoli tal‑koordinazzjoni tal‑UE, pajjiż wieħed biss jista’ jkun responsabbli għall‑kopertura tas‑sigurtà soċjali f’kull ħin, u l‑awtorità kompetenti toħroġ Dokument Portable A1 biex tikkonferma dan.
L‑għodda mtejba tinkludi kwestjonarju sempliċi u intuwittiv li jevalwa s‑sitwazzjoni transkonfinali tal‑utent u jipprovdi gwida indikattiva, mhux vinkolanti, dwar jekk jistgħu jew le jkunu dovuti kontribuzzjonijiet tas‑sigurtà soċjali f’Malta.
L‑għodda hija maħsuba għal individwi jew negozji li:
- Jibagħtu impjegati temporanjament jaħdmu f’pajjiż ieħor tal‑UE sa massimu ta’ 24 xahar (“posting”).
- Huma normalment jaħdmu għal rashom f’pajjiż tal‑UE iżda jmorru jagħmlu attività simili b’mod temporanju f’Stat Membru ieħor
- Jimpjegaw jew jaħdmu fuq bastimenti taħt il‑bandiera Maltija.
- Jimpjegaw membri tal‑ekwipaġġ tal‑ajru fejn il‑“home base” tagħhom hija Malta.
- Jimpjegaw jew jaħdmu f’aktar minn pajjiż wieħed tal‑UE fl‑istess ħin jew alternattivament.
L‑għodda hija adattata għal dawk kollha li jaħdmu jew joperaw transkonfinalment, u tgħinhom jibqgħu konformi mar‑regoli tal‑koordinazzjoni tas‑sigurtà soċjali tal‑UE.
L‑għodda tapplika għal utenti li joperaw fi ħdan l‑UE, l‑EEA, l‑Isvizzera u r‑Renju Unit. Il-gwida pprovduta hija bbażata esklussivament fuq l‑informazzjoni sottomessa mill‑utent. Tista’ taċċessa l‑Għodda ta’ Self‑Assessment billi tikklikkja hawn (verżjoni bl-Ingliż biss).
Għal sitwazzjonijiet kumplessi jew eċċezzjonali, l‑utenti huma mħeġġa jfittxu appoġġ mingħand l‑Unità Relazzjonijiet Internazzjonali permezz tal‑paġna Ikkuntattjana,tagħżel ‘Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Ħidma fl-UE: Għodda ta’ Self-Assessment’ mill-grupp Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, u tissottometti l-mistoqsija tiegħek.




