Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Appuntament mal-Bord Mediku – Skedar mill-Ġdid, Kanċellazzjoni jew Vista d-Dar

01/02/2023 | Aħbar Riċenti

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) jistabbilixxi fost l-oħrajn dispożizzjonijiet, li persuna tista’ tkun intitolata li tirċievi benefiċċju, pensjoni, assistenza jew allowance (minn hawn ‘il quddiem imsejħa benefiċċju) taħt dan l-Att, wara l-parir tal-bord mediku jew panel multi-dixxiplinarju tad-Dipartiment, fejn applikabbli, skont il-proviso tal-artikolu 106.

B’riżultat ta’ dan, hemm drabi meta persuna, li ġiet skedata biex tattendi għal bord mediku relatat ma’ benefiċċju, ikollha tipposponi jew tikkanċella l-appuntament, jew titlob li ssir vista d-dar. Jekk il-persuna tonqos milli tattendi għall-bord mediku mingħajr raġuni ġustifikata, benefiċċju li jkun qed jistenna valutazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jitwaqqaf. Dan jista’ jirriżulta wkoll fi ħlas żejjed ta’ benefiċċju, li wara jkun irid jiġi mħallas lura mill-benefiċjarju. Għal aktar informazzjoni aqra iktar.

Feedback