Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju – Benefiċjarji Barranin

Ħarsa ġenerali

Jekk inti benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità, jew pensjoni tar-romol mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta u bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż tista’ tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju online.

X’se tingħata

Iċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju jipprovdilek informazzjoni dwar it-tip ta’ pensjoni tiegħek u l-ammont tal-pagament tiegħek. Iċ-ċertifikat se jinkludi numru ta’ referenza uniku tad-dokument biex jikkonferma l-awtentiċità tiegħu. Barra minn hekk, tista’ tagħżel li tissejvja ċ-ċertifikat fuq l-apparat tiegħek, tirċievi ċ-ċertifikat tiegħek permezz ta’ email, tipprintja jew tniżżel kopja.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà:

  • Trid tkun benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità jew pensjoni tar-romol u li bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż. L-informazzjoni tiegħek trid taqbel mar-rekords fis-sistema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali sabiex ikun jista’ jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat.

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Ipprovdi n-numru tal-pensjoni tiegħek, id-data tat-twelid u t-tip ta’ pensjoni.

Kif taċċessa dan is-servizz

Biex tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju tiegħek, ikklikja hawn.

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju – Benefiċjarji Barranin’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Rispons