Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju – Benefiċjarji Barranin
Ħarsa ġenerali
Jekk Inti benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali għal Pensjoni tal-Irtirar, Pensjoni tal-Invalidità, jew Pensjoni tar-Romol mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta u bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż tista’ tiġġenera ċ-Ċertifikat tar-Rata tal-Benefiċċju online.
X’se tingħata
Iċ-Ċertifikat tar-Rata tal-Benefiċċju jipprovdilek informazzjoni dwar it-tip ta’ pensjoni tiegħek u l-ammont tal-pagament tiegħek. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat se jinkludi numru ta’ referenza uniku tad-dokument biex jikkonferma l-awtentiċità tiegħu.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Biex tkun eliġibbli għal dan is-servizz, trid tkun benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali għal Pensjoni tal-Irtirar, Pensjoni tal-Invalidità, jew Pensjoni tar-Romol u li bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż. L-informazzjoni tiegħek trid taqbel mar-rekords fis-Sistema tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali sabiex ikun jista’ jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat.
Dokumentazzjoni meħtieġa
M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni biex tiġġenera ċ-Ċertifikat tar-Rata tal-Benefiċċju tiegħek permezz tas-servizz online. Madankollu, se jkollok bżonn tipprovdi n-numru tal-pensjoni tiegħek, id-data tat-twelid u t-tip ta’ pensjoni. Tista’ tagħżel li tissejvja ċ-ċertifikat fuq l-apparat tiegħek, tirċievi ċ-ċertifikat tiegħek permezz ta’ email, jew tipprintja / tiddownlowdja kopja.
Kif taċċessa dan is-servizz
Biex tiġġenera ċ-Ċertifikat tar-Rata tal-Benefiċċju tiegħek, ikklikja hawn.