Sitt Affarijiet Li Għandek Tkun Taf Dwar is-Sigurtà Soċjali Online
Qatt ma kien daqshekk faċli li tagħmel negozju magħna online. Ħafna drabi ma jkunx hemm il-bżonn li ċċempel jew iżżur uffiċċju. Hawn sitt affarijiet li jistgħu jagħmlulek ħajtek aktar faċli:
- mySocialSecurity. Kont taf li diġà għandek aċċess għal ħafna mill-informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tiegħek? Kull ma trid tagħmel hu li toħloq jew tidħol bl-e-ID tiegħek biex taċċessa l-kont personali mySocialSecurity tiegħek. Tista’ tara d-dati tal-pagamenti tal-benefiċċji tiegħek u l-pagamenti riċevuti, taġġorna d-dettalji ta’ kuntatt u bankarji tiegħek, tara l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek, u aktar. Ikklikkja hawn biex toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
- Kun Informat! Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar il-Politika Soċjali. Ikklikkja hawn biex tabbona.
- Informazzjoni Dwar il-Benefiċċji u s-Servizzi. Għandek bżonn aktar informazzjoni dwar il-Benefiċċji u s-Servizzi tagħna? Hemm paġna web għal dan. Żur il-paġna web tas-Servizzi ta’ Informazzjoni u Benefiċċji tagħna biex titgħallem aktar.
- Applika għall-Benefiċċji u s-Servizzi tiegħek Online. Tista’ timla u tissottometti l-applikazzjoni tiegħek online għall-benefiċċji u s-servizzi f’inqas minn 15-il minuta mil-paġna tagħna li turi Lista ta’ Applikazzjonijiet u Servizzi mill-A sa Z.
- Midja soċjali. Żur u segwi l-paġna tal-midja soċjali tagħna Department of Social Security – Malta għal informazzjoni dwar il-politika soċjali.
- Customer Care. It-Tim tal-Customer Care tagħna lest li jgħin. Ikklikkja hawn biex tIkkuntatjana.
Ir-riżorsi online tagħna ma jispiċċawx hemm. Jekk ma sibtx dak li għandek bżonn fil-lista ta’ hawn fuq, żur il-website tas-Sigurtà Soċjali tagħna. Jekk jogħġbok aqsam dawn il-paġni mal-ħbieb u l-familja tiegħek.