Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dettalji Personali – Aġġorna

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jippermettilek taġġorna d-dettalji personali tiegħek bħal isem, kunjom, identifikazzjoni tas-sess, jew data tat-twelid mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tista’ tara dawn id-dettalji billi tikklikkja hawn. Dan huwa meħtieġ jekk dawn id-dettalji ma jaqblux ma’ dawk li hemm fuq il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek. Id-dipartiment se jivverifika dawn id-dettalji mal-aġenzija tal-gvern Identità.

X’ser jingħata

Tista’ titlob li taġġorna d-dettalji li ġejjin skont il-Karta tal-Identità Maltija tiegħek:

  • Numru tal-Karta tal-Identità.
  • Isem u Kunjom.
  • Identifikazzjoni tas-Sess.
  • Data tat-twelid.
  • Stat Ċivili.

Jekk jogħġbok kun infurmat li dawn il-bidliet mhux se jiġu aġġornati istantanjament peress li jeħtieġ li l-ewwel  jiġu vverifikati d-dettalji u jistgħu jieħdu bejn ħames (5) sa għaxart (10) ijiem għall-konferma, skont ma’ jiddependi n-natura tal-każ.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Trid tkun detentur ta’ Karta tal-Identità Maltija li tispiċċa b’ittri M, G, L, M, P u A.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Wara s-sottomissjoni, id-dipartiment jivverifika dawn id-dettalji mal-aġenzija tal-gvern Identità. Ladarba verifikati u kkonfermati, id-dettalji tiegħek jiġu aġġornati fir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tiġi nfurmat bir-riżultat b’notifikazzjoni b’email jekk tkun se tagħmel it-talba online. F’każ li t-talba issir billi tkun żort xi ċentru ta’ servizz.gov, int tista’ tindika jekk tridx tkun infurmat b’email jew b’numru ta’ kuntatt.