Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċji marbutin mal-mard, mal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità

Il-benefiċċji talmard jistgħu jkunu f’forma ta’ benefiċċji in natura jew fi flus.  Il-benefiċċji in natura jirreferu għall-benefiċċji tal-kura tas-saħħa li tirċievi fil-forma ta’ kura medika, trattament, u farmaċewtiċi.  Il-benefiċċji fi flus jirreferu għall-benefiċċji/kumpens monetarji mħallsa mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali minħabba talba għal mard.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-benefiċċji mhux fi flus tal-mard jingħataw mill-pajjiż ta’ residenza skont il-kundizzjonijiet li japplikaw hemm, irrispettivament minn fejn il-persuna hija assigurata għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali.

Għall-kuntrarju, il-benefiċċji fi flus huma pprovduti mill-pajjiż fejn il-persuna assigurata, irrispettivament mill-pajjiż ta’ residenza u mill-kondizzjonijiet li japplikaw hemmhekk.

  • Benefiċċji in natura

Benefiċċji in natura jipprovdu, iħallsu direttament, jew jirrimborżaw l-ispejjeż tal-kura medika, prodotti relatati, bħal mediċini, u servizzi relatati.  Fi kliem ieħor, xi kultant il-benefiċċji mhux fi flus jingħataw fi flus, eż. meta l-persuna tirċievi ħlas li jirrimborża l-ispejjeż tat-trattament tal-kura tas-saħħa li jkunu saru qabel.

Bħala regola, dawn il-benefiċċji huma pprovduti mill-pajjiż tar-residenza jew ta’ żjara daqslikieku l-persuna kienet assigurata f’dak il-pajjiż għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali.  Dan jista’ jkun ta’ vantaġġ jew ta’ żvantaġġ għall-persuna meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn il-persuna hija assigurata.

Il-proċeduri, l-iskadenzi u l-kundizzjonijiet kollha għad-dritt tal-benefiċċji jiġu deċiżi fil-livell nazzjonali.

F’Malta, ilMinisteru tas-Saħħa huwa l-istituzzjoni kompetenti għall-Benefiċċji tal-Mard fin natura.

  • Benefiċċji fi Flus

Il-pajjiż fejn persuna hija assigurata għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali huwa dejjem responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-mard, tal-maternità jew tal-paternità fi flus, jiġifieri l-benefiċċji li jissostitwixxu paga li ġiet sospiża minħabba l-mard.  Dawn il-benefiċċji jitħallsu skont ir-regoli tal-pajjiż fejn il-persuna tkun assigurata, irrispettivament minn fejn qiegħda tgħix jew toqgħod.

Il-benefiċċji fi flus huma normalment maħsuba biex jissostitwixxu dħul (pagi, salarji) li jkunu sospiżi minħabba mard jew maternità/paternità. Il-benefiċċji pprovduti f’sitwazzjoni speċifika, pereżempju d-dipendenza tal-persuna marida jew b’diżabilità fuq l-assistenza ta’ persuna oħra, jistgħu jitqiesu wkoll bħala benefiċċji tal-mard fi flus, bħall-benefiċċji ta’ min jieħu ħsieb persuna oħra.

L-ammont u t-tul ta’ żmien ta’ dawn il-benefiċċji jiddependu kompletament fuq il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn il-persuna hija assigurata għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali.  Il-benefiċċji kollha fi flus normalment jitħallsu lill-persuna direttament mill-istituzzjoni kompetenti ta’ dak il-pajjiż.

F’Malta, idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa l-istituzzjoni kompetenti għall-Benefiċċji talMard fi Flus.

F’termini tal-iskema Maltija, il-benefiċċji li ġejjin huma kkunsidrati bħala Benefiċċji tal Mard fil-Flus:

Malta ma tipprovdix benefiċċji tal-paternità fi flus kontanti taħt l-iskema nazzjonali.

Meta l-attività tax-xogħol ta’ persuna tkun limitata għall-iskema Maltija tas-sigurtà soċjali biss, jew meta l-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa f’Malta huma tali li l-kriterji ta’ eliġibilità jiġu sodisfatti, japplikaw il-proċeduri nazzjonali.  Madankollu, jekk l-attività tax-xogħol ta’ persuna tinvolvi Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE, ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu applikati kif spjegat fix-xenarji li ġejjin.

Mistoqsijiet Frekwenti

Bħala regola, Benefiċċji ta’ Mard, Benefiċċji tal-Maternità u tal-Paternità Ekwivalenti fi flus kontanti huma dejjem imħallsa skont il-leġiżlazzjoni fejn persuna hija assigurata, irrispettivament f’liema pajjiż wieħed ikun residenti jew joqgħod.

1. Jiena assigurat u residenti f’Malta, iżda m’iniex eliġibbli għall-benefiċċji tal-mard fi flus . X’nista’nagħmel?

Meta persuna assigurata taħt l-iskema Maltija tas-sigurtà soċjali titlob benefiċċji tal-mard skont ilproċeduri nazzjonali, iżda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet (mill-inqas 50 ġimgħa ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet f’Malta u mill-inqas 20-il ġimgħa fis-sentejn ta’ qabel it-talba għall-benefiċċji tal-mard), ir-rekord tal-assigurazzjoni għall-finijiet tal-benefiċċji tal-mard imwettaq fi Stat Membru ieħor tal-UE huwa meħtieġ.  Dan ir-rekord (id-dokument S041 jew E104) jiġi skambjat bejn l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.  F’każ bħal dan, il-persuna għandha tikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tibda l-proċedura.  Ladarba d-Dipartiment jirċievi d-dokument S041 jew E104, it-talba għall-benefiċċji tal-mard tiġi riveduta abbażi ta’ din l-informazzjoni.

2. Kont assigurat f’Malta iżda issa mort fi Stat Membru ieħor tal-UE.Kif nista’ nikseb rekord tal-perjodi tiegħi ta’ assigurazzjoni f’Malta?

Meta persuna tmur tgħix fi Stat Membru ieħor tal-UE u tkun meħtieġa tipprovdi informazzjoni dwar l-assigurazzjoni preċedenti imwettqa f’Malta (dokument S041 jew E104), l-istituzzjoni kompetenti f’dak l-Istat Membru għandha titlob l-informazzjoni direttament mingħand l-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali Maltija.  Sabiex jitħaffef il-proċess, il-persuna għandha tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti id-dokumenti rilevanti għall-iskema Maltija bħal:

  • in-numru tas-sigurtà soċjali
  • id-dokumenti FS3 (maħruġa mill-impjegatur Malti) li jkopru l-perjodi ta’ impjieg f’Malta, jew
  • l-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-każ ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

Ladarba jitlestew, il-perijodi ta’ assigurazzjoni jintbagħtu direttament lill-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru ta’ residenza.

3. Jiena assigurat fl-Isvizzera iżda noqgħod f’Malta.Kif nistaʼ nirċievi lbenefiċċji talmard?

Persuna residenti f’Malta iżda assigurata fi Stat Membru ieħor, li trid titlob benefiċċji tal-mard fi flus mill-Istat Membru tal-assigurazzjoni, għandha tikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex tibda l-proċedura.  Il-persuna għandha tipprovdi:

  • ċertifikat mediku
  • dettalji tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni
  • in-numru tas-sigurtà soċjali relattiv

Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-formola tat-talba timtela u tintbagħat lill-Istat Membru kompetenti, li mbagħad jagħmel kuntatt mal-persuna direttament.

4. Jiena assigurat f’Malta iżda noqgħod fl-Italja. Kif nistaʼ nirċievi lbenefiċċji talmard?

Persuna residenti fi Stat Membru ieħor iżda assigurata f’Malta, li għandha bżonn titlob benefiċċji tal-mard minn Malta, tipprovdi ċertifikat mediku maħruġ mit-tabib kuranti fl-Istat tar-residenza lid-Dipartment tas-Sigurta’ Soċjali.  Il-persuna tista’ wkoll tirrikorri għand l-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali fl-Istat Membru ta’ residenza flimkien maċ-ċertifikat mediku relattiv bħala evidenza.  L-istituzzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza timla t-talba tibgħatha lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.  Meta jirċieviha, id-Dipartiment jikkuntattja lill-applikant direttament biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi pproċessata t-talba.  Dan jista’ jinkludi:

  • dettalji tal-Bank
  • skeda ta’ ħidma
  • stat ċivili
  • status tal-impjieg tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba (fejn applikabbli)
  • Jekk il-persuna tkun għadha ma kkontribwietx fl-iskema Maltija għal minimu ta’ 50-il ġimgħa u għal mill-inqas 20-il ġimgħa fis-sentejn ta’ qabel it-talba tal-benefiċċji tal-mard, id-Dipartiment jista’ wkoll jeħtieġ il-formola S041 jew E104 mill-Istat Membru ta’ assigurazzjoni preċedenti (ara l-mistoqsija 1)

Ladarba l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli għad-Dipartiment, it-talba għall-benefiċċji tal-mard tiġi pproċessata b’dan il-mod.  Jekk jirriżulta li l-benefiċċju huwa dovut, dan jitħallas fil-kont bankarju pprovdut, kemm lokali kif ukoll barrani.  Il-benefiċċju jibqa’ jitħallas skont ilproċeduri nazzjonali.

5. Jiena assigurat u residenti f’Malta iżda ma rnexxielix waqt li kont btala fl-Irlanda. Kif nistaʼ nirċievi lbenefiċċji talmard?

Persuna residenti u assigurata Malta li tkun marida waqt żjara temporanja barra l-pajjiż, għandha titlob il-benefiċċji tal-mard minn Malta skont ilproċeduri nazzjonali.  F’każ li t-tabib kuranti jew it-tabib tal-kumpanija ma jkunx f’pożizzjoni li joħroġ iċ-ċertifikat mediku blu pprovdut skont il-proċeduri nazzjonali, il-persuna għandha tibgħat iċ-ċertifikat mediku maħruġ mit-tabib kuranti fl-Istat Membru taż-żjara, lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tipprovdi wkoll:

  • in-numru tas-sigurtà soċjali,
  • dettalji tal-bank,
  • skeda ta’ ħidma,
  • l-istat ċivili,
  • l-istatus tal-impjieg tal-konjuġi jew tas-sieħeb (fejn applikabbli).

Sakemm ma tkunx meħtieġa aktar informazzjoni, it-talba tiġi pproċessata abbażi ta’ din l-informazzjoni.

6. Jiena tqila u għadni kif mort Malta biex inkun mas-sieħeb tiegħi li sab xogħol f’Malta. Jien intitolata għall-benefiċċji tal-maternità?

Il-benefiċċju tal-maternità ta’ Malta huwa bbażat fuq ir-residenza u ma jiddependix fuq jekk persuna hijiex assigurata fl-iskema tas-sigurtà soċjali.  Għalhekk persuna li tkun ingħatat status ta’ residenza f’Malta u li mhix qed taħdem, tista’ ssegwi lproċeduri nazzjonali.

Madankollu, jekk qabel tmur tgħix f’Malta l-persuna kienet assigurata fi Stat Membru tal-UE, dan tal-aħħar ikun kompetenti għall-ħlas tal-Benefiċċji tal-Maternità.  F’dak il-każ, il-persuna għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-pajjiż fejn kienet assigurata l-aħħar biex tivverifika kif tista’ titlob il-benefiċċji.  Inkella, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista’ jibda l-proċedura f’isem il-persuna.  Għandhom jiġu pprovduti ċertifikat mediku u dettalji tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni kif ukoll in-numru relattiv tas-sigurtà soċjali.  Abbażi ta’ din l-informazzjoni, timtela l-formola tat-talba u tintbagħat lill-Istat Membru kompetenti li mbagħad jagħmel kuntatt mal-persuna direttament.

7. Kont qed ngħix u naħdem f’Malta iżda mort lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħi sa wara t-twelid tat-tarbija. Jien intitolat/a għall-benefiċċji tal-maternità?

Il-benefiċċju tal-maternità jitħallas mill-pajjiż fejn il-persuna kienet assigurata l-aħħar.  Għalhekk, jekk matul il-perjodu taż-żjara fil-pajjiż tal-oriġini l-persuna ma bdietx taħdem hemm, Malta tibqa’ kompetenti għall-ħlas tal-Benefiċċji tal-Maternità.  Sabiex titlob il-benefiċċji, il-persuna għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż taż-żjara biex timla l-formoli ta’ talba li se jintbagħtu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.  Ladarba tiġi pproċessata, il-persuna tiġi infurmata direttament bir-riżultat tat-talba.

8. Kont assigurat f’Malta waqt li kont qed noqgħod fi Stat Membru ieħor. Kif nistaʼ nitlob għallBenefiċċji talMaternità?

Sakemm il-persuna mhix intitolata għal Benefiċċji tal-Maternità bbażati fuq ir-residenza fl-Istat Membru l-ieħor, Malta tkun kompetenti għall-ħlas tal-Benefiċċji tal-Maternità anki jekk il-persuna qatt ma kienet residenti f’Malta.  Sabiex titlob il-benefiċċji, il-persuna għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż taż-żjara biex timla l-formoli ta’ talba li se jintbagħtu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.  Ladarba tiġi pproċessata, il-persuna tiġi infurmata direttament bir-riżultat tat-talba.

9. Qed ngħix u/jew assigurat f’Malta. Kif nistaʼ nitlob għall- Benefiċċji talPaternità?

Malta ma tipprovdix għall-Benefiċċji tal-Paternità fi flus kontanti taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali tagħha.

Feedback