Assistenza għal Diżabilità (DSS)
Overview
L-Assistenza għal Diżabilità tingħata lil persuna li jkollha sittax-il (16) jew aktar li tkun qed tbati minn, paraliżi totali jew malfunzjoni permanenti severa u totali jew inkella diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq. Tingħata wkoll lil persuna b’impediment fis-smiegħ u/jew fid-diskors.
What you’ll get
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Imla u ssottometti r-Rapport Mediku online.
Huma eliġibbli biss it-Tobba Mediċi biex japplikaw għal din l-assistenza f’isem l-applikant.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikant jrid ikollu sittax-il (16) sena jew aktar.
Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ sittin (60) sena.
L-applikant:
ikun ibati minn paraliżi totali; jew
ikun ibati minn malfunzjoni permanenti severa u totali; jew
ikun ibati minn diżabilità totali permanenti permezz ta’ amputazzjoni, jew xort’oħra, ta’ id jew sieq; jew
ikun ibati minn nuqqas ta’ smiegħ; jew
ma jkunx jitkellem.
Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità mhux soġġetta għal Test tal-Mezzi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux ukoll test tal-mezzi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk, kemm il-Mezzi Kapitali, kif ukoll il-Mezzi tad-Dħul fil-Ġimgħa, mhux se jiġu kkunsidrati.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew Allowance.
Il-bord Inter-Professjonali jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza.
Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b'Diżabilità qabel l-età ta’ sittax-il (16) sena, xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord Inter-Professjonali.