Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ċertifikazzjoni ta’ Assigurazzjoni/Perjodu ta’ Impieg f’Pajjiż ieħor tal-UE – Formola U1 (DSS)

Overview

Id-dokument U1 jiċċertifika l-perjodi tiegħek ta’ assigurazzjoni u kemm domt impjegat jew ħdimt għal rasek f’pajjiż tal-UE li jiġi kkunsidrat biex tingħata l-benefiċċji ta’ meta ma tkunx qed taħdem. L-U1 jinħareġ mill-pajjiż fejn tkun ħdimt u ħallast il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali relattivi tiegħek.

What you’ll get

Ċertifikat U1 juri l-perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti skont l-iskema Maltija tas-Sigurtà Soċjali. Dan iservi bħala xhieda tal-kontribuzzjonijiet li ħallast fl-iskema ta’ Malta li jistgħu jiġu utilizzati biex tkun tista’ titlob il-benefiċċji tal-qgħad f’pajjiż ieħor tal-UE.

Application Requirements

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Int eliġibbli li tirċievi d-dokument U1 jekk, permezz ta’ attività ta’ xogħol bħala impjegat jew li taħdem għal rasek tkun komplejt perjodu ta’ assigurazzjoni fl-iskema ta’ Malta ta’ Sigurtà Soċjali
  • Jekk tkun ħdimt f’Malta imma ma tkun ħallast l-ebda kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali (għax l-attività ta’ xogħol ma kinetx ikkunsidrata bħala attività ta’ assigurazzjoni) l-U1 ma tkunx aċċettabbli