Dritt li Tibqa’ Inxurjat f’Malta – Formola A1 (DSS)
Overview
Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tapplika għal dak li jkollu l-formola. Ġeneralment tkun meħtieġa f'sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew persuna taħdem għal rasha ikollha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma' aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE).
Skont ir-regoli tal- Unjoni Ewropea (UE) persuna tkun soġġetta biss għal-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed u tikkonferma li mhix soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' xi pajjiż ieħor li jkollha x'taqsam miegħu. Fi kliem ieħor int ma tkunx obbligat li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, inkluża assigurazzjoni tas-saħħa, f'pajjiżi oħra. Iċ-ċertifikazzjoni tal-A1 tibqa' valida sad-data li tiskadi fiha, murija fuq il-formola, jew sakemm tiġi rtirata mill-istituzzjoni li tkun ħarġitha.
What you’ll get
Dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 jiċċertifika li inti soġġett li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek f'Malta waqt li tkun qed tagħmel attività ta' xogħol fi Stat Membru ieħor tal- Unjoni Ewropea (UE). Hekk tkun eżentat milli tkun assigurat darbtejn.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Kwestjonarju għal min Iħaddem (verżjoni bl-ingliż biss); jew
- Kwestjonarju għal min Jaħdem għal Rasu (Self Employed) (verżjoni bl-ingliż biss).
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali
Int eliġibbli għad-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 f'waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi:
- Meta int tkun mibgħut minn min jimpjegak biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) f'ismu għal perjodu massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar. Dan jissejjaħ posting.
- Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'pajjiż tal- Unjoni Ewropea (UE) u tmur tagħmel attività simili f'pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar.
- Meta int tkun normalment taħdem f'aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi.
- Meta int tkun normalment taħdem għal rasek f'aktar minn pajjiż wieħed tal- Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi.
- Meta int tagħmel attività sew bħala impjegat u sew għal rasek f'pajjiżi differenti tal- Unjoni Ewropea (UE).
- Meta tkun taħdem fis-Servizz Ċivili tagħmel attivitajiet f'aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE).