Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja għal Ċittadin Anzjan (DSS)

Overview

L-Għotja għal Ċittadin Anzjan tingħata lil persuni li għandhom ħamsa u sebgħin (75) sena jew aktar u

  • li għadhom jgħixu fid-dar tagħhom stess jew mal-        qraba tagħhom, jew
  • li jgħixu fi djar residenzjali privati li huma barra mill-       iskema tal-Public Private Partnership.

What you’ll get

L-Għotja għal Ċittadin Anzjan hija pagament ta’ darba u titħallas kull sena.

L-ammont ta’ tliet mitt ewro (€300) jitħallas lil dawk l-anzjani li jkollhom bejn ħamsa u sebgħin (75) sena sa disgħa u sebgħin (79) sena fl-1 ta’ Jannar tas-sena kurrenti, jew fuq bażi pro-rata mid-data tal-għeluq il-ħamsa u sebgħin (75) sena sa l-aħħar tas-sena kurrenti.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, l-anzjani li jkollhom tmenin (80) sena jew aktar, l-għotja li tingħata hija ta’ erba’ mija u ħamsin ewro (€450).

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

L-Għotja għal Ċittadin Anzjan tinħareġ b’mod awtomatiku, iżda l-applikazzjoni għandha timtela minn:
 
  •  Persuni li jkunu ġew ammessi fi djar tal-irtirar u            aktar tard jkunu rritornaw fir-residenza tagħhom.
  • Persuni li mhumiex qed jirċievu xi benefiċċju,                 sakemm ma jkunux diġà rċevew l-Għotja għal               Ċittadin Anzjan fis-snin preċedenti.
  • Persuni li n-numru tal-Karta tal-Identità tagħhom        tispiċċa bl-ittra "A" jew "P" għandhom bżonn                 japplikaw kull sena għal din l-għotja.

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
 

  • Persuni li huma ċittadini Maltin li jgħixu b'mod            permanenti fir-residenza tagħhom stess f'Malta            jew Għawdex.
  • Persuni li huma ċittadini Maltin li jgħixu mal-qraba      tagħhom fir-residenza tagħhom f'Malta jew                   Għawdex.
  • Persuni li jgħixu fi djar residenzjali privati, li huma         barra mill-iskema tal-Public Private Parternship
  • Barranin li għandhom residenza permanenti                 f'Malta u huma ta’ nazzjonalità Awstraljana /                Kanadiża jew membri tal-Unjoni Ewropea, Kunsill        tal-Ewropa jew Żona Ekonomika Ewropea.                    Barranin li ma jkollhomx in-nazzjonalitajiet                    imsemmija mhumiex eliġibbli għall-Għotja għal            Ċittadin Anzjan anke jekk ikollhom residenza                permanenti f'Malta jew Għawdex.

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
 
  • Persuni li n-numru tal-Karta tal-Identità tagħhom           tispiċċa bl-ittra ‘A’ jew ‘P’ għandhom jipprovdu               kopja tal-Karta tal-Identità.
 
  • Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-        Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati              sabiex tirċievi ħlasijiet b'depożitu dirett f'bank. In-          numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil        jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat              għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji            bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity.