Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal (DSS)
Overview
Is-Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Dan jingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal. It-tfal fil-fostering mhumiex intitolati għal dan is-Suppliment.
What you’ll get
Minn Jannar 2025, il-benefiċjarji tal-Allowance tat-Tfal li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi ta’ sebgħa u għoxrin elf, erba’ mija u erba’ u tletin ewro (€27,434), jingħataw sitt mija u erbgħin ewro (€640) għal kull tifel/tifla fis-sena. Dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi se jingħataw sitt mija u sittin ewro (€660) għal kull tifel/tifla fis-sena. Il-ħlas se jinħareġ kull tlettax-il (13) ġimgħa flimkien mal-ħlas tal-Allowance tat-Tfal. Dan ifisser li r-rata pagabbli se tkun ta’ mija u sittin ewro (€160) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi u mija u ħamsa u sittin ewro (€165) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi. Ġenituri u Gwardjani Legali b’kustodja konġunta jingħataw nofs ir-rata applikabbli għal kull wieħed.
Dan japplika wkoll għall-barranin li għandhom residenza fissa f’Malta u huwa pagabbli skont id-Dati tal-Permess tagħhom.
Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.
Application Requirements
Il-proċess għall-ħlas tas-Suppliment tal-Allowance tat-Tfal jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ladarba tkun intitolat għal Allowance tat-Tfal.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Tingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni.