Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa tingħata lil persuna li jkollha sittax-il (16) sena jew aktar li assolutament ma tistax taħdem.

X’ser jingħata

L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

L-applikant ikun intitolat għall-Għajnuna Medika b’xejn (Karta r-Roża).

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant jrid ikollu sittax-il (16) sena jew aktar.
  • Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ sittin (60) sena.
  • Bord Multi Dixxiplinarju jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza wara valutazzjoni tal-Indiċi Barthel u/jew Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment.
  • Id- diżabilità  tal-applikant tiġi meqjusa b’rata ta’ 0-9 fuq l-Indiċi Barthel jew punteġġ ta’ erbatax (14) jew aktar fuq Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment.
  • L-applikant assolutament ma jistax jaħdem.
  • L-applikazzjoni għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa ma teħtieġx Test tal-Meżżi.
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Fiżika kif mitlub fl-applikazzjoni.
  • Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Intelletwali kif mitlub fl-applikazzjoni.
  • Ikklikkja hawn biex tniżżel Barthel Index Score użat mill-Bord Mediku kif mitlub fl-applikazzjoni.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.