Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
Ħarsa ġenerali
L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa tingħata lil persuna li jkollha 16-il sena jew aktar li assolutament ma tistax taħdem.
X’ser jingħata
L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
L-applikant ikun intitolat għall-Għajnuna Medika b’xejn (Karta r-Roża).
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant jrid ikollu 16-il sena jew aktar
- Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
- Bord Multi Dixxiplinarju jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza wara valutazzjoni tal-Indiċi Barthel u/jew Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment
- Id- diżabilità tal-applikant tiġi meqjusa b’rata ta’ 0-9 fuq l-Indiċi Barthel jew punteġġ ta’ 14 jew aktar fuq Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment
- L-applikant assolutament ma jistax jaħdem
- L-applikazzjoni għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa ma teħtieġx Test tal-Meżżi
- Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Fiżika kif mitlub fl-applikazzjoni
- Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Intelletwali kif mitlub fl-applikazzjoni
- Ikklikkja hawn biex tniżżel Barthel Index Score użat mill-Bord Mediku kif mitlub fl-applikazzjoni
- Kopja tal-karta tal-identità
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.