Eżenzjoni minn ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2
Ħarsa ġenerali
Persuna tista’ tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (Kontribuzzjonijiet imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom) minħabba dħul baxx. L-ebda krediti mhu se jingħataw għal perjodu ta’ eżenzjoni.
X’ser jingħata
Persuna tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li timpjega lilha nnifisha li, għalkemm taħdem, il-qligħ tagħha ma jkunx iżjed minn disa’ mija u għaxar (€910) ewro fis-sena kalendarja.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Dettalji tal-Impjieg:
- Numru tal-VAT.
- Qligħ u telf li juru dħul/profitt/telf tas-sena kalendarja preċedenti għall-perjodu ta’ eżenzjoni li qed tapplika għalih.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.