Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tirċievi aħbarijiet riċenti.

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti tagħna dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Politika Soċjali.

Aħbarijiet Reċenti:

Eżenzjoni minn ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2

Ħarsa ġenerali

Persuna tista’ tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (Kontribuzzjonijiet imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom) minħabba dħul baxx. Ma jingħataw l- ebda krediti u peress li tkun ingħatat l-eżenzjoni fuq dawn il-kontribuzzjonijiet, ma jistgħux jitħallsu qabel il-pensjoni (ħlas ta’ kontribuzzjonijiet neqsin).

X’ser jingħata

Persuna tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li timpjega lilha nnifisha li, għalkemm taħdem, il-qliegħ tagħha ma jkunx iżjed minn €910 fis-sena
  • Persuna waħedha li ma taħdimx u li d-dħul tagħha, minn interessi, dividenti, renti eċċ. ma jeċċedix l-€1,005 fis-sena
  • Persuna mpjegata għal inqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa mal-istess persuna li tħaddimha li taqla’ inqas minn €17.50 fil-ġimgħa

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Dettalji tal-Impjieg
    • Numru tal-VAT
    • Data meta spiċċajt l-aħħar impjieg jew xogħol għal rasek
  • Dettalji tad-Dħul
    • Dħul minn kull xorta ta’ ħidma
    • Ċnus
    • Dħul minn imgħax, dividendi, renta, eċċ.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.