Allowance Supplimentari – Mhux Responsabbli tal-Familja (DSS)
Overview
L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna waħeda, li taħdem bi dħul baxx, li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal u mhux responsabbli tal-familja li tgħix magħha. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.
What you’ll get
Il-pagamenti għal din l-Allowance jitħallsu kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Jekk l-applikant/a huwa/hija impjegata, FS3 tas-sena rilevanti ta’ kull impjieg, kemm jekk full-time kif ukoll part-time, u li trid tkun iffirmata mill-prinċipal.
- Jekk l-applikant/a huwa/hija j/taħdem għal rasu/ha, il-kontijiet tal-Qligħ u t-Telf, li jinkludu riċevuti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa tas-sena relevanti.
- F’każ ta’ diretturi / azzjonisti maġġuri ta’ kumpaniji, il-Kontijiet Finali Vverifikati, li jinkludu ukoll riċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa.
- Kopja tal-kuntratt tas-separazzjoni, f’każ li l-applikant/a j/tkun isseparat/a.
- Kopja tal-passaport, jekk l-applikant/a kellu/ha perjodu ta’ aktar minn tliet (3) xhur residenti barra minn Malta.
- Dokument ta’ prova jekk l-applikant/a qiegħed / qiegħdha fuq leave mingħajr ħlas.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna waħedha li mhix responsabbli tal-familja li tgħix magħha, qed tgħix mal-ġenituri tagħha, waqt li tkun qiegħda taħdem bi qligħ.
- Id-dħul totali li għandu jiġi kkalkolat m’għandux jaqbeż il-ħdax il-elf u sitt-mija u wieħed u ħamsin ewro (€11,651).
- Il-limitu tad-dħul huwa bbażat fuq id-dħul u l-emolumenti għas-sena relevanti (datata b’lura b’sentejn mid-data tal-intitolament); id-dħul minn Pensjoni Barranija tas-sena ta’ qabel l-applikazzjoni u d-dħul minn Pensjoni Lokali tas-sena kurrenti tal-applikazzjoni.