Allowance ta’ Ltim (DSS)
Overview
L-Allowance ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura tat-tfal, f’każ li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.
What you’ll get
Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16) sena.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Dikjarazzjoni tal-Applikant/a u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id dikjarazzjoni.
- Digriet tal-Qorti fir-rigward tal-kustodja tat-tfal.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tkun fdata bil-kura tat-tfal, f’każ li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.
- Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
- Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.