Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza dwar it-Tuberkolożi (DSS)

Overview

L-Għajnuna dwar it-Tuberkulosi tingħata lil persuna li tbati bil-Marda tat-Tuberkulosi jew bil-Marda ta’ Koch, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.

What you’ll get

Jekk l-applikant jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà għal din l-għajnuna, il-pagament jibda mill-ewwel Sibt ta’ wara d-data tal-applikazzjoni. L-Għajnuna dwar it-Tuberkulosi titħallas sa l-aħħar tat-trattament kif stabbilit mill-Ispeċjalista tat-Tuberkulosi.

L-Għajnuna dwar it-Tuberkulosi titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

Dokumenti Neċessarji

  • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.

Kif tapplika

Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jircevi applikazzjoni, din tiġi rreferuta lill-Ispeċjalista fil-Klinika tat-Tuberkulosi tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-konferma tal-marda tat-Tuberkulosi jew il-Marda ta’ Koch, u biex tinkiseb id-data tal-bidu/tmiem tat-trattament.

Id-Dipartiment tas-Saħħa jiddetermina jekk il-pazjent għandux bżonn xi X-Rays minħabba l-marda.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

L-applikant jew xi membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri bil-Marda tat-Tuberkulosi jew il-Marda ta’ Koch.

Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi, għalhekk jistgħu japplika persuna li huwa f’impjieg.