Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa (DSS)
Overview
What you’ll get
L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
L-applikant ikun intitolat għall-Għajnuna Medika b’xejn (Karta r-Roża).
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Fiżika kif mitlub fl-applikazzjoni.
- Ikklikkja hawn biex tniżżel rapport mediku għal Assistenza għal Diżabilità Intelletwali kif mitlub fl-applikazzjoni.
- Ikklikkja hawn biex tniżżel Barthel Index Score użat mill-Bord Mediku kif mitlub fl-applikazzjoni.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikant jrid ikollu sittax-il (16) sena jew aktar.
Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ sittin (60) sena.
Bord Multi Dixxiplinarju jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza wara valutazzjoni tal-Indiċi Barthel u/jew Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment.
Id- diżabilità tal-applikant tiġi meqjusa b’rata ta’ 0-9 fuq l-Indiċi Barthel jew punteġġ ta’ erbatax (14) jew aktar fuq Tabella 10 tar-Regolamenti dwar Tabelli għal Valutazzjoni ta’ Indeboliment.
L-applikant assolutament ma jistax ikun jaħdem.
L-applikazzjoni għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa ma teħtieġx Test tal-Meżżi.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew Allowance.