Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità (DSS)

Overview

Il-Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità jista’ jingħata lil mara li għadha kemm welldet tarbija jew aktar minn tarbija waħda.

 

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

What you’ll get

Il-Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità jitħallas sa massimu ta’ erba’ (4) ġimgħat.

 

F’każ ta’ aktar minn twelid wieħed, il-benefiċċju għal-Leave tal-Maternità jingħata darba biss.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

L-applikazzjoni għall-Benefiċċju tal-Leave tal-Maternità għandha tiġi sottomessa wara li  l-applikanta tkun ħadet it-tmintax-il (18) ġimgħa tal-leave tal-maternità, iżda qabel sitt (6) xhur minn meta l-applikanta tkun ħadet it-tmintax-il (18) ġimgħa tal-leave tal-maternità, skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.

 

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • L-applikanta trid tkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewġa/tikkoabita ma’ ċittadin/a  Malti/ja, jew tkun ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadina ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandha status ta’ refuġjat, u ordinarjament tirrisjedi f'Malta jew f'Għawdex.

  • L-applikanta trid tkun ħadet iktar minn erbatax-il (14) ġimgħa ta’ leave tal-maternità minn għand min iħaddimha. Min iħaddem iħallas l-ewwel erbatax-il (14) ġimgħa tal-leave tal-maternità, filwaqt li l-erba’ (4) ġimgħat l-oħra jitħallsu permezz ta’ dan il-benefiċċju tal-Leave tal-Maternità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

  • L-applikanta li tkun taħdem għal rasha, tista’ tapplika għal dan il-benefiċċju f’każ li tkun ħadet tmintax-il (18) ġimgħa ta’ leave tal-maternità, u għaldaqstant tkun intitolata kemm għal benefiċċju tal-maternità kif ukoll għal benefiċċju tal-leave tal-maternità.

  • Għalliema li huma mħallsa għall-vaganzi tas-Sajf, huma intitolati għall-Benefiċju tal-Leave tal-Maternità.


Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Jekk l-applikanta tkun impjegata kemm full-time, u/jew part-time u/jew xogħol każwali, trid tipprovdi dikjarazzjoni mingħand kull min iħaddimha. Id-dikjarazzjoni trid tinkludi d-dati eżatti ta’ meta l-applikanta tħallset għal-leave tal-maternità, id dati tal-leave li ma tħallsitx għal-leave tal-maternità u d-data ta meta dieħla lura għax-xogħol. Ikklikkja hawn biex tniżżel din id-dikjarazzjoni, fejn trid timtela biss is-sezzjoni ta’ min iħaddem.

  • L-applikanta li tkun impjegata bħala għalliema u li titħallas għal vaganzi tas-sajf, trid tipprovdi ittra mingħand l-Uffiċċju rispettiv tar-Riżorsi Umani, li turi l-perjodu ta’ meta l-applikanta ħadet il-leave tal-maternità fil-perjodu tas-sajf.

  • L-applikanta li taħdem għal rasha, trid tipprovdi l-irċevuti uffiċċjali tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tas-sena ta’ qabel it-talba, flimkien ma’ dikjarazzjoni fejn tikkonferma d-dati li ma ħadmitx għal perjodu ta’ tmintax-il (18) ġimgħa ta’ leave tal-maternità.

  • Ċittadina ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropej jew għandha status ta’ refuġjata u ordinarjament tirrisjedi f'Malta, trid tipprovdi kopja ta permess validu tar-residenza.

  • Jekk it-tarbija twieldet barra minn Malta, trid tipprovdi ċertifikat uffiċjali tat-twelid tat-tarbija.

  • F’każ ta’ applikanta mill-pajjiżi tat-tielet dinja li miżżewġa ċittadin tal-Unjoni Ewropea, trid tipprovdi ċertifikat uffiċjali taż-żwieġ.

  • F’każ ta’ applikanti mill-pajjiżi tat-tielet dinja jew minn pajjiżi ta’ Ċarter Soċjali, li jikkoabitaw ma’ ċittadin Malti jew ċittadin mill-Unjoni Ewropea, jridu jipprovdu ċertifikat reġistrat ta’ koabitazzjoni. F’każ li le, ma jkunux eliġibbli għal-Benefiċċju għal-Leave tal-Maternità. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin jew mill-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’Malta, iċ-ċertifikat ta’ koabitazzjoni mhux meħtieġ.