Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja/Pensjoni għal Korriment fuq ix-Xogħol (DSS)

Overview

Persuna li għadha ma laħqitx l-età tal-irtirar u mhux qed tirċievi Pensjoni tal-Invalidità u li kellha talba aċċettata għal Benefiċċju ta’ Korriment, u bħala riżultat tal-korriment ġarrbet diżabilità perċentwali li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li toriġina minn jew matul l-impjieg tiegħu/tagħha jew l-okkupazzjoni tiegħu/tagħha stess, tista’ tkun intitolata għall-Għotja għal Korriment jew Pensjoni għal Korriment, skont ir-rata perċentwali stabbilita, f’dak:

 

  • Għotja għal Korriment - Għotja ta’ darba mfassla skont ir-rata perċentwali ta’ korriment ta’ bejn il-wieħed (1%) u d-dsatax (19%) li l-persuna soffriet. Din ir-rata tiġi deċiża minn Bord Mediku, maħtur skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Persuni eliġibbli jistgħu jibqgħu jaħdmu.

  • Pensjoni għal Korriment - Pensjoni skont ir-rata perċentwali ta’ korriment ta bejn għoxrin (20%) u disgħa u tmenin (89%), li l-persuna tkun sofriet, liema rata tkun deċiża minn Bord Mediku maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Persuni eliġibbli jistgħu jaħdmu u fl-istess ħin iżommu l-Pensjoni għal Korriment sakemm jilħqu l-età tal-irtirar.

 

Persuna tista’ tkun intitolata li tirċievi Pensjoni tal-Invalidità jekk tkun iċċertifikata minn Bord Mediku maħtur skond l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), li hi inkapaċi jew mhux adattata għal impjieg regolari full-time jew part-time. Jekk persuna ssofri disgħin (90%) jew aktar diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li tirriżulta minn, jew matul l-impjieg tagħha jew li taħdem għal rasha, tista’ tkun intitolata li tirċievi Pensjoni tal-Invalidità.

What you’ll get

Skont il-persentaġġ ta’ diżabilità, applikant jista’ jkun intitolat għall-Għotja għal Korriment ta' darba jew Pensjoni għal Korriment imħallsa kull erba’ (4) ġimgħat.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Application Requirements

Perċentwali ta’ diżabilità wara l-effetti ta’ korriment, li tista’ tirriżulta għall-eliġibbiltà tal-Għotja għal Korriment jew Pensjoni għal Korriment, tista’ tintalab billi tippreżenta rapport mediku minn Speċjalista Mediku, li jiddikjara l-perċentwali ta' diżabilità li ġarrbet il-persuna li għamlet it-talba, li żviluppat bħala riżultat dirett ta’ korriment jew marda diġà aċċettata li oriġinat minn jew waqt l-impjieg jew l-okkupazzjoni tagħha stess.

 

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Irid jiġi stabbilit li l-perċentwali ta’ diżabilità li ġarrbet il-persuna li għamlet it-talba, li żviluppat bħala riżultat dirett ta’ korriment jew marda, diġà aċċettata, li oriġinat minn jew waqt l-impjieg jew l-okkupazzjoni tagħha stess.

  • Minn Jannar 2022 persuna li tirċievi Pensjoni ta’ Korriment li tkun taħdem, jkollha dritt għal rata sħiħa ta’ Benefiċċju għall-Mard, Benefiċċju għall-Qgħad jew Benefiċċju ta’ Korriment

     

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Rapport Mediku dettaljat mingħand Konsulent Mediku li jindika r-relazzjoni mat-Talba ta’ Korriment li diġà saret u ġiet aċċettata, u l-persentaġġ permanenti ta’ diżabilità li ġiet imposta fl-istess Talba ta’ Korriment. Niżżel kopja tar-Rapport Mediku.