Pensjoni tal-Irtirar – Valutazzjoni Tentattiva (DSS)
Overview
Persuna tista’ titlob evalwazzjoni tentattiva ta' Pensjoni Kontributorja biex issir taf x'inhu d-dħul tal-pensjoni tagħha meta tirtira.
What you’ll get
Valutazzjoni tentattiva se tippreżenta lill-persuna li qegħdha tapplika bi:
- Stampa ċara ta’ x'tista’ tkun il-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali tagħha b’mod tentattiv.
- Opportunità li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nieqsa f'każ ta’ nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin biex tkun tista’ ittejjeb ir-rata tal-pensjoni qabel ma tasal għal dak iż-żmien tal-pensjoni.
- Rati differenti ta’ pensjoni f'età differenti ta' pensjoni.
- Jekk persuna tkun eliġibbli għal pensjoni u iktar.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Eligibility
Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:
- Il-persuna li tapplika trid tkun tallinqas tal-età ta’ ħamsa u ħamsin (55) sena qabel ma tilħaq l-età tal-pensjoni.
- Il-persuna li tapplika kienet jew għadha impjegata u tħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali qabel l-età tal-pensjoni tagħha.
- Valutazzjoni Tentattiva ġdida tista' tintalab biss minn persuna assigurata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) biss wara li jkunu għaddew tallinqas tmintax-il (18) xahar minn stima ta' rata ta' pensjoni preċedenti.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni Ġenerali:
- Ma tintalab l-ebda dokumentazzjoni partikolari, peress li l-evalwazzjoni tentattiva tar-rata tal-pensjoni hija kkalkulata fuq l-informazzjoni attwalment miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- Jekk il-persuna kienet jew bħalissa hija impjegata barra minn Malta, prova tal-kontribuzzjonijiet imħallsa barra l-pajjiż tkun meħtieġa.