FAQs għal Problemi Komuni
- X’għandi nagħmel jekk ma nistax nilloggja bl-e-ID tiegħi?
Kun żgur li qed iddaħħal in-Numru tal-Karta tal-Identità u l-password korretti. Wara tintalab iddaħħal kodiċi ta’ żewġ fatturi ta’ awtentikazzjoni, li jintbagħat jew fuq il mobile tiegħek jew fuq l-indirizz tal-email li pprovdejt. Jekk xorta ma tistax tilloggja, ikkuntattja l-aġenzija tal-gvern Malti Identità fuq [email protected] jew ċempel (+356) 25904300.
- Kif nista’ naġġorna informazzjoni personali mhux korretta fuq il-kont e-ID tiegħi?
Jekk ismek, kunjomok jew l-indirizz tiegħek huwa żbaljat, ikkuntattja l-aġenzija tal-gvern Malti Identità fuq [email protected] jew ċempel (+356) 25904300 biex titlob informazzjoni dwar kif taġġorna d-dettalji tiegħek. Ġeneralment dawn id-dettalji jiġu pprovduti mill-Karta tal-Identità fiżika tiegħek.
- Nista’ naġġorna d-dettalji tal-kuntatt tiegħi tal-kont e-ID tiegħi?
Tista’ taġġorna n-numru tal-kuntatt tal-mobile tiegħek u l-indirizz tal-email billi tikklikkja hawn. Dan l-aġġornament jiġi pproċessat f’ħin reali.
- Jekk meta nillogja bl-e-ID tiegħi, nirċievi żball, kif nista’ nsolvi l-problema?
Ikun hemm drabi fejn il-portal tal-e-ID jeħtieġ li jitnaddaf il-cache tiegħu. Jekk jiġri hekk, sempliċement segwi l-passi t’hawn taħt biex tidħol b’suċċess bl-e-ID tiegħek u tuża s-servizzi online tagħna.- Mur fuq https://eid.gov.mt u illoggja bil-kredenzjali tal-e-ID tiegħek, inkluża l-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi (2FA).
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Il-Kont Tiegħi”.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Ara l-Attività tal-Kont”.
- F’din il-fażi iċċekkja jekk tistax tikkonnettja b’suċċess mas-servizzi online. Jekk jirnexxilek tidħol b’suċċess, m’hemmx għalfejn tkompli bil-passi t’hawn taħt.
- Jekk le, illogja ‘l barra u erġa’ idħol fuq https://eid.gov.mt billi tuża mill-ġdid il-kredenzjali tal-e-ID tiegħek.
- Ikklikkja fuq il-buttuna “Il-Kont Tiegħi”.
- Din id-darba ikklikkja fuq il-buttuna “Ara l-Aċċess għad-Data”.
- Għal “Social Security Service Provider at MITA”, ikklikkja fuq il-buttuna “Irtira l-Aċċess.
- Ladarba dan isir, ipprova mill-ġdid il-links tas-servizzi online.
Jekk xorta tibqa’ tirċievi żball meta tipprova tawtentika, jekk jogħġbok irrapporta l-problema billi tikklikkja hawn biex tindika liema servizz online qed jagħtik problemi, u tingħata gwida kif xieraq.
- X’għandi nagħmel jekk ma rċevejtx il-pagament tal-benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tiegħi? Iċċekkja d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online, biex tiżgura li huma korretti. Jekk kollox huwa mdaħħal korrett u xorta ma rċevejtx il-pagament tiegħek, tista’ tissottometti rapport online, tikkuntattja l-Customer Care tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ Servizz.gov Freephone 153 (Ext. 11) jew billi żżur ċentru ta’ gov għal assistenza personali.
- Kif nista’ nsolvi problemi relatati mas-sottomessjoni ta’ dokumenti online?
Kun żgur li d-dokumenti tiegħek huma fil-format u d-daqs korretti kif speċifikat fuq l-app mySocialSecurity. Jekk tkompli tiltaqa’ ma’ problema, tista’ tikkuntattjana permezz tal-paġna ta’ kuntatt tagħna Ikkuntattjana. Agħżel ‘Dokumenti – Issottometti’ mill-grupp ‘mySocialSecurity’ fil-lista li tinżel, żur ċentru ta’ gov għal assistenza personali jew ċempel Servizz.gov Freephone 153 (Ext. 11).
- X’passi għandi nieħu jekk l-applikazzjoni tiegħi għal xi benefiċċju tiġi miċħuda?
L-ewwel li trid tagħmel hu li tirrevedi l-ittra ta’ rifjut biex tifhem ir-raġuni. Intant jekk xorta temmen li d-deċiżjoni mhix ġusta, tista’ tappella dan billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fl-ittra u tissottometti appell online, żur ċentru ta’ gov għal assistenza personali jew tikkuntattja s-servizz tal-Customer Care tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ Servizz.gov Freephone 153 (Ext. 11).
- Kif nista’ nirrapporta problema teknika tal-website?
Jekk tiltaqa’ ma’ problema teknika relatata mal-website tas-sigurtà soċjali, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-problema billi tikklikkja hawn.
- X’għandi nagħmel jekk jitlali messaġġ ta’ żball waqt li qed nuża l-website?
Ħu nota tal-messaġġ ta’ żball li qed jintwera u ikkuntattjana billi tikklikkja hawn u tipprovdi d-dettalji taż-żball.
- Kif nista’ ningħata għajnuna jekk ma nistax insolvi problema waħdi?
Tista’ tikklikkja hawn u tipprovdi d-dettalji tal-problema jew tal-mistoqsija tiegħek. Inkella, tista’ żżur ċentru ta’ Servizz.gov għal assistenza personali. Tista’ ukoll iċċempel Servizz.gov Freephone 153 (Ext. 11). Għal dawk li jċemplu minn barra, ċempel +356 21255153, imma kun infurmat li dan huwa numru bi ħlas.
- Jekk niltaqa’ ma’ problema bl-app mySocialSecurity, huwa possibbli li nikkuntattja lid-dipartiment online?
Iva, dan huwa possibbli. Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa s-servizz online tiltaqa’ ma’ xi problema jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:




