Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

In-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali fl-2020 taqbeż il-biljun ewro

08/04/2021 | Aħbar Riċenti, Stqarrija

Għall-ewwel darba fl-istorja soċjali ta’ pajjiżna, in-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali matul l-2020 qabżet il-biljun ewro. B’kollox, l-ispiża laħqet biljun u sebgħa u sebgħin miljun ewro (€1.077bn).

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li n-nefqa matul l-2020 żdiedet bi kważi €79 miljun fuq is-sena ta’ qabel, bl-akbar żieda tkun ta’ €67.4 miljun fuq benefiċċji kontributorji inklużi pensjonijiet li b’kollox laħħqu aktar minn €878 miljun.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon laqa’ b’sodisfazzjon dawn ir-riżultati u qal li dan huwa eżempju ċar tat-tħaddim tal-ġustizzja u tas-solidarjetà soċjali.

“Inħossni privileġġat li jien parti minn din il-ħidma, parti minn dan il-gvern li verament huwa gvern tan-nies, għan-nies, gvern li dejjem jara kif se jinċentiva minflok jissikka u joħloq miżuri ta’ awsterità. Għalhekk għandna l-fiduċja assoluta tan-nies u dan jimlina b’kuraġġ biex inkomplu nwettqu u nassistu lill-familji anke f’dawn l-aktar mumenti diffiċli”.

Il-Ministru Michael Falzon fakkar li tmien snin ilu, dan il-gvern sab ma’ wiċċu, “Excessive deficit procedure”, u minflok tefa’ l-piż fuq il-poplu Malti, irnexxielu joħloq inċentivi bil-għan ewlieni ta’ “Making work pay”, b’miżuri bħall-In-Work Benefit u t-Tapering of Benefits.

F’din il-konferenza saret ukoll preżentazzjoni mis-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù, li ta rendikont fid-dettall ta’ dawk il-miżuri soċjali li ssaħħu u li laħqu aktar nies.

In-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali

 

Kif jidher f’Tabella 1, in-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali inklużi l-pensjonijiet bejn l-2013 u l-2020 żdiedet bi kważi €263m, medja ta’ €38m kull sena. Fl-2020 ġiet irreġistrata l-akbar żieda fin-nefqa soċjali qatt reġistrata minn sena għall-oħra, fi kliem ieħor, €79m, liema żieda kienet aktar mid-doppju tal-medja fl-aħħar snin.

Tabella 1 – In-nefqa globali annwali fuq il-benefiċċji soċjali 2013-2020​

 table 1.png

In-nefqa soċjali fl-2020 kienet tinkludi wkoll il-ħlas ta’ erba’ benefiċċji speċjali li tnedew f’Marzu hekk kif bdiet il-pandemija tal-Covid. Tlieta mill-benefiċċji tfasslu biex tingħata għajnuna lil ġenituri bi tfal li kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb lil uliedhom taħt is-16-il sena kif ukoll persuni vulnerabbli jew b’diżabbiltà li wkoll kellhom jieqfu mix-xogħol. Ir-raba’ benefiċċju tħallas lil persuni li tilfu x-xogħol minħabba l-pandemija. B’kollox bejn Marzu u l-bidu ta’ Lulju tħallsu €14.5 miljun lil 8,794 persuna li nofshom kienu ġenituri.

Il-pensjonijiet

Anke mingħajr din in-nefqa miżjuda, xorta n-nefqa fl-2020 kienet tkun ogħla min-normal. Fil-fatt kważi tliet kwarti tan-nefqa totali fuq il-benefiċċji soċjali tħallset lil madwar 96,000 pensjonant u pensjonanta tal-irtirar, tal-invalidità u tar-romol kif ukoll anzjani intitolati għall-pensjoni mhux kontributorja tal-età. Bejniethom irċevew aktar minn €791 miljun, liema somma kienet turi żieda ta’ aktar minn €47 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Għalkemm l-għadd ta’ pensjonanti matul is-sena kiber b’2,500, l-akbar fattur wara din il-qabża kien iż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fir-rati kollha tal-pensjoni.

Kif jidher f’Tabella 2, in-nefqa globali fuq il-pensjonijiet bejn l-2013 u l-2020 żdiedet b’39% u minn €570 miljun għal €791.5 miljun.

Tabella 2 – L-infiq globali fuq il-pensjonijiet 2013-2020

 pic 2.png

 Din iż-żieda kienet xprunata primarjament minn żidiet fl-infiq fuq il-pensjonijiet tal-irtirar (+€187m) u l-pensjonijiet tar-romol (+€35m). Żdiedet ukoll in-nefqa fuq il-pensjonijiet mhux kontributorji anke għax fl-aħħar snin dawn bdew jiżdiedu wkoll bħall-pensjonijiet l-oħra iżda naqset fuq il-pensjonijiet tal-invalidità minħabba li dawk li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità naqsu fl-aħħar snin

Tabella 3 – In-numru ta’ pensjonanti kull sena 2013-2020

pic 3.png 

* L-ammonti murija f’Tabella 3 jinkludu lil dawk kollha li f’xi perjodu matul is-sena ikunu qed jirċievu xi waħda mill-pensjonijiet imsemmija. In-numri kwotati jinkludu wkoll lil dawk li jkunu mietu matul is-sena u lil dawk li jkunu bdew jieħdu pensjoni minflok oħra.

Tabella 3 turi li l-għadd ta’ pensjonanti bejn l-2013 u l-2020 tela’ bi kważi 14,000 għal 96,298. L-akbar żieda kienet fin-numru tal-pensjonanti tal-irtirar (+14,027) segwita minn żieda ta’ 1,677 f’dawk li jieħdu l-pensjoni tar-romol. Fl-istess waqt kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ dawk li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità u tnaqqis żgħir fin-numru ta’ dawk li jieħdu l-pensjoni tal-età.

Għajnuniet mhux kontributorji

F’dawk li huma benefiċċji u għajnuniet mhux kontributorji, imqabbla mal-2019, in-nefqa fuq il-benefiċċji mhux kontributorji żdiedet bi €11.6 miljun u laħqet il-€198.7 miljuni.

Dan kien dovut l-aktar għat-twettiq ta’ diversi miżuri tal-baġit matul is-sena li kienu jinkludu kemm benefiċċji ġodda kif ukoll titjib fir-rati jew fil-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ benefiċċji oħra. F’uħud mill-benefiċċji żdiedu wkoll l-għadd ta’ benefiċjarji.

Żieda ta’ kważi €5 miljuni ġiet irreġistrata fl-assistenza għad-diżabilità għax kiber l-għadd ta’ benefiċjarji, imma l-aktar minħabba t-twettiq tal-aħħar fażi tar-Riforma fl-Assistenza għal Diżabilità mibdija fl-2017. Din ir-riforma kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-assistenza miżjuda għal diżabilità severa maħsuba għal dawk il-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Il-pagament fil-ġimgħa żdied b’mod gradwali u mill-2020 laħaq l-istess livell ta’ paga minima nazzjonali netta.

B’kollox, in-nefqa fuq assistenza għal diżabilità, li tinkludi wkoll l-allowance għal tfal b’diżabilità u l-assistenza għal persuni b’vista batuta, telgħet għal €31.5 miljun. Gawdew minn din l-assistenza 6,500 persuna u tfal.

Spiża ġdida fil-benefiċċji mhux kontributorji kienet dik biex tagħmel tajjeb għall-introduzzjoni tal-bonus ta’ €300 li jitħallas lill-familji għal kull twelid jew adozzjoni biex tgħinhom ilaħħqu aħjar mal-ispejjeż ġodda. Madwar 3,000 familja gawdew minn dan il-benefiċċju fl-2020.

Benefiċċju ieħor li ra n-nefqa tikber sew kien dak tal-In-Work Benefit. Dan seħħ b’riżultat ta’ pagament ta’ suppliment speċjali ta’ €250 li tħallas lil kull familja intitolata għal dan il-benefiċċju fl-2020 kif ukoll għaż-żidiet fir-rati li jitħallsu l-ġenituri għal kull wild taħt it-23 sena. B’kollox il-familji li kienu jlaħħqu 5,337 tħallsu aktar minn €6.5 miljun. Meta tnieda l-In-Work Benefit fl-2015 l-għadd ta’ benefiċjarji kien ta’ 1,359 u tħallsu ftit aktar minn miljun ewro (ara tabella aktar ‘l isfel).

It-tnaqqis fid-dipendenza soċjali

 Waqt li seħħew dawn iż-żidiet, għas-seba’ sena wara l-oħra naqset in-nefqa fuq l-assistenza soċjali kif ġara wkoll fin-nefqa fuq l-assistenza għall-qgħad.  Is-somma li ntefqet fuq dawn iż-żewg assistenzi fl-2020 kienet ta’ ftit aktar minn €25 miljun – tnaqqis sinjifikanti ta’ kważi €37 miljun tul dawn l-aħħar 7 snin kif turi Tabella 4 ta’ hawn taħt.

Tabella 4 – In-nefqa fuq l-Assistenzi Soċjali 2013-2020 

Social Assistance Unemployment Assistance
  €’000 €’000
2013 36,582 22,861
2014 39,258 22,454
2015 28,454 17,901
2016 27,910 10,293
2017 26,812 6,005
2018 24,522 4,664
2019 22,410 3,886
2020 21,521 3,696

Sors: NSO

Kif turi din it-tabella, waqt li l-infiq fuq l-assistenza soċjali naqas b’aktar minn 41% jew €15m, l-infiq fuq l-assistenza għall-qgħad naqas bi kważi 84% jew b’€19m. Il-waqgħa fl-ispiża fuq l-assistenzi soċjali kienet dovuta għat-tnaqqis qawwi fid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali bis-saħħa ta’ miżuri li ttieħdu biex fi klima ta’ tkabbir ekonomiku aktar nies jingħataw spinta biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Kif turi Tabella 4, minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li ġabet magħha l-pandemija, l-għadd ta’ benefiċjarji li rċevew l-assistenzi soċjali xorta naqas fl-2020 waqt li dawk li jirċievu l-assistenza għall-qgħad baqa’ fl-istess livell tas-sena ta’ qabel.

L-aktar sinjifikanti f’dan kollu huwa l-fatt li, kif jidher f’Tabella 5, mill-2013 ‘l hawn, dawk li jieħdu l-assistenza soċjali naqsu b’aktar minn 50% jew 4,643 persuna waqt li dawk li jieħdu l-assistenza għall-qgħad naqsu bi kważi 82% jew 5,012 persuna. B’kollox, dawk li jieħdu l-assistenzi soċjali naqsu bi kważi 63% jew 9,655 persuna. Il-fattur pożittiv ta’ dawn il-figuri huwa li filwaqt li n-numru ta’ dawk li jieħdu t-tapering tal-assistenza soċjali issa beda nieżel għax ikun għadda l-perjodu ta’ 3 snin li fih idumu jieħdu din l-għajnuna, dawn il-persuni mhux jaqgħu lura fuq l-assistenza soċjali iżda qed jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.

Dan huwa anke rifless fil-fatt li kompla jiżdied in-numru ta’ dawk li jieħdu l-In-Work Benefit li fl-2020 kien ilaħħaq il-5,337 familja. 

Tabella 5 – Id-Dipendenza Soċjali 2013-2020

 pic 5.png

Għall-ewwel darba fl-istorja soċjali ta’ pajjiżna, in-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali matul l-2020 qabżet il-biljun ewro. B’kollox, l-ispiża laħqet biljun u sebgħa u sebgħin miljun ewro (€1.077bn).

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li n-nefqa matul l-2020 żdiedet bi kważi €79 miljun fuq is-sena ta’ qabel, bl-akbar żieda tkun ta’ €67.4 miljun fuq benefiċċji kontributorji inklużi pensjonijiet li b’kollox laħħqu aktar minn €878 miljun.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon laqa’ b’sodisfazzjon dawn ir-riżultati u qal li dan huwa eżempju ċar tat-tħaddim tal-ġustizzja u tas-solidarjetà soċjali.

“Inħossni privileġġat li jien parti minn din il-ħidma, parti minn dan il-gvern li verament huwa gvern tan-nies, għan-nies, gvern li dejjem jara kif se jinċentiva minflok jissikka u joħloq miżuri ta’ awsterità. Għalhekk għandna l-fiduċja assoluta tan-nies u dan jimlina b’kuraġġ biex inkomplu nwettqu u nassistu lill-familji anke f’dawn l-aktar mumenti diffiċli”.

Il-Ministru Michael Falzon fakkar li tmien snin ilu, dan il-gvern sab ma’ wiċċu, “Excessive deficit procedure”, u minflok tefa’ l-piż fuq il-poplu Malti, irnexxielu joħloq inċentivi bil-għan ewlieni ta’ “Making work pay”, b’miżuri bħall-In-Work Benefit u t-Tapering of Benefits.

F’din il-konferenza saret ukoll preżentazzjoni mis-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù, li ta rendikont fid-dettall ta’ dawk il-miżuri soċjali li ssaħħu u li laħqu aktar nies. 

In-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali 

Kif jidher f’Tabella 1, in-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali inklużi l-pensjonijiet bejn l-2013 u l-2020 żdiedet bi kważi €263m, medja ta’ €38m kull sena. Fl-2020 ġiet irreġistrata l-akbar żieda fin-nefqa soċjali qatt reġistrata minn sena għall-oħra, fi kliem ieħor, €79m, liema żieda kienet aktar mid-doppju tal-medja fl-aħħar snin. 

Tabella 1 – In-nefqa globali annwali fuq il-benefiċċji soċjali 20​13-2020

In-nefqa soċjali fl-2020 kienet tinkludi wkoll il-ħlas ta’ erba’ benefiċċji speċjali li tnedew f’Marzu hekk kif bdiet il-pandemija tal-Covid. Tlieta mill-benefiċċji tfasslu biex tingħata għajnuna lil ġenituri bi tfal li kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb lil uliedhom taħt is-16-il sena kif ukoll persuni vulnerabbli jew b’diżabbiltà li wkoll kellhom jieqfu mix-xogħol. Ir-raba’ benefiċċju tħallas lil persuni li tilfu x-xogħol minħabba l-pandemija. B’kollox bejn Marzu u l-bidu ta’ Lulju tħallsu €14.5 miljun lil 8,794 persuna li nofshom kienu ġenituri.

Il-pensjonijiet 

Anke mingħajr din in-nefqa miżjuda, xorta n-nefqa fl-2020 kienet tkun ogħla min-normal. Fil-fatt kważi tliet kwarti tan-nefqa totali fuq il-benefiċċji soċjali tħallset lil madwar 96,000 pensjonant u pensjonanta tal-irtirar, tal-invalidità u tar-romol kif ukoll anzjani intitolati għall-pensjoni mhux kontributorja tal-età. Bejniethom irċevew aktar minn €791 miljun, liema somma kienet turi żieda ta’ aktar minn €47 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Għalkemm l-għadd ta’ pensjonanti matul is-sena kiber b’2,500, l-akbar fattur wara din il-qabża kien iż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fir-rati kollha tal-pensjoni.

Kif jidher f’Tabella 2, in-nefqa globali fuq il-pensjonijiet bejn l-2013 u l-2020 żdiedet b’39% u minn €570 miljun għal €791.5 miljun. 

Tabella 2 – L-infiq globali fuq il-pensjonijiet 2013-2020

Din iż-żieda kienet xprunata primarjament minn żidiet fl-infiq fuq il-pensjonijiet tal-irtirar (+€187m) u l-pensjonijiet tar-romol (+€35m). Żdiedet ukoll in-nefqa fuq il-pensjonijiet mhux kontributorji anke għax fl-aħħar snin dawn bdew jiżdiedu wkoll bħall-pensjonijiet l-oħra iżda naqset fuq il-pensjonijiet tal-invalidità minħabba li dawk li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità naqsu fl-aħħar snin. 

Tabella 3 – In-numru ta’ pensjonanti kull sena 2013-2020 

* L-ammonti murija f’Tabella 3 jinkludu lil dawk kollha li f’xi perjodu matul is-sena ikunu qed jirċievu xi waħda mill-pensjonijiet imsemmija. In-numri kwotati jinkludu wkoll lil dawk li jkunu mietu matul is-sena u lil dawk li jkunu bdew jieħdu pensjoni minflok oħra.

Tabella 3 turi li l-għadd ta’ pensjonanti bejn l-2013 u l-2020 tela’ bi kważi 14,000 għal 96,298. L-akbar żieda kienet fin-numru tal-pensjonanti tal-irtirar (+14,027) segwita minn żieda ta’ 1,677 f’dawk li jieħdu l-pensjoni tar-romol. Fl-istess waqt kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ dawk li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità u tnaqqis żgħir fin-numru ta’ dawk li jieħdu l-pensjoni tal-età.

Għajnuniet mhux kontributorji 

F’dawk li huma benefiċċji u għajnuniet mhux kontributorji, imqabbla mal-2019, in-nefqa fuq il-benefiċċji mhux kontributorji żdiedet bi €11.6 miljun u laħqet il-€198.7 miljuni.

Dan kien dovut l-aktar għat-twettiq ta’ diversi miżuri tal-baġit matul is-sena li kienu jinkludu kemm benefiċċji ġodda kif ukoll titjib fir-rati jew fil-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ benefiċċji oħra. F’uħud mill-benefiċċji żdiedu wkoll l-għadd ta’ benefiċjarji.

Żieda ta’ kważi €5 miljuni ġiet irreġistrata fl-assistenza għad-diżabilità għax kiber l-għadd ta’ benefiċjarji, imma l-aktar minħabba t-twettiq tal-aħħar fażi tar-Riforma fl-Assistenza għal Diżabilità mibdija fl-2017. Din ir-riforma kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-assistenza miżjuda għal diżabilità severa maħsuba għal dawk il-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Il-pagament fil-ġimgħa żdied b’mod gradwali u mill-2020 laħaq l-istess livell ta’ paga minima nazzjonali netta.

B’kollox, in-nefqa fuq assistenza għal diżabilità, li tinkludi wkoll l-allowance għal tfal b’diżabilità u l-assistenza għal persuni b’vista batuta, telgħet għal €31.5 miljun. Gawdew minn din l-assistenza 6,500 persuna u tfal.

Spiża ġdida fil-benefiċċji mhux kontributorji kienet dik biex tagħmel tajjeb għall-introduzzjoni tal-bonus ta’ €300 li jitħallas lill-familji għal kull twelid jew adozzjoni biex tgħinhom ilaħħqu aħjar mal-ispejjeż ġodda. Madwar 3,000 familja gawdew minn dan il-benefiċċju fl-2020.

Benefiċċju ieħor li ra n-nefqa tikber sew kien dak tal-In-Work Benefit. Dan seħħ b’riżultat ta’ pagament ta’ suppliment speċjali ta’ €250 li tħallas lil kull familja intitolata għal dan il-benefiċċju fl-2020 kif ukoll għaż-żidiet fir-rati li jitħallsu l-ġenituri għal kull wild taħt it-23 sena. B’kollox il-familji li kienu jlaħħqu 5,337 tħallsu aktar minn €6.5 miljun. Meta tnieda l-In-Work Benefit fl-2015 l-għadd ta’ benefiċjarji kien ta’ 1,359 u tħallsu ftit aktar minn miljun ewro (ara tabella aktar ‘l isfel).

It-tnaqqis fid-dipendenza soċjali 

Waqt li seħħew dawn iż-żidiet, għas-seba’ sena wara l-oħra naqset in-nefqa fuq l-assistenza soċjali kif ġara wkoll fin-nefqa fuq l-assistenza għall-qgħad.  Is-somma li ntefqet fuq dawn iż-żewg assistenzi fl-2020 kienet ta’ ftit aktar minn €25 miljun – tnaqqis sinjifikanti ta’ kważi €37 miljun tul dawn l-aħħar 7 snin kif turi Tabella 4 ta’ hawn taħt.

Tabella 4 – In-nefqa fuq l-Assistenzi Soċjali 2013-2020 

Social Assistance Unemployment Assistance
  €’000 €’000
2013 36,582 22,861
2014 39,258 22,454
2015 28,454 17,901
2016 27,910 10,293
2017 26,812 6,005
2018 24,522 4,664
2019 22,410 3,886
2020 21,521 3,696

Sors: NSO

Kif turi din it-tabella, waqt li l-infiq fuq l-assistenza soċjali naqas b’aktar minn 41% jew €15m, l-infiq fuq l-assistenza għall-qgħad naqas bi kważi 84% jew b’€19m. Il-waqgħa fl-ispiża fuq l-assistenzi soċjali kienet dovuta għat-tnaqqis qawwi fid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali bis-saħħa ta’ miżuri li ttieħdu biex fi klima ta’ tkabbir ekonomiku aktar nies jingħataw spinta biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Kif turi Tabella 4, minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li ġabet magħha l-pandemija, l-għadd ta’ benefiċjarji li rċevew l-assistenzi soċjali xorta naqas fl-2020 waqt li dawk li jirċievu l-assistenza għall-qgħad baqa’ fl-istess livell tas-sena ta’ qabel.

L-aktar sinjifikanti f’dan kollu huwa l-fatt li, kif jidher f’Tabella 5, mill-2013 ‘l hawn, dawk li jieħdu l-assistenza soċjali naqsu b’aktar minn 50% jew 4,643 persuna waqt li dawk li jieħdu l-assistenza għall-qgħad naqsu bi kważi 82% jew 5,012 persuna. B’kollox, dawk li jieħdu l-assistenzi soċjali naqsu bi kważi 63% jew 9,655 persuna. Il-fattur pożittiv ta’ dawn il-figuri huwa li filwaqt li n-numru ta’ dawk li jieħdu t-tapering tal-assistenza soċjali issa beda nieżel għax ikun għadda l-perjodu ta’ 3 snin li fih idumu jieħdu din l-għajnuna, dawn il-persuni mhux jaqgħu lura fuq l-assistenza soċjali iżda qed jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.

Dan huwa anke rifless fil-fatt li kompla jiżdied in-numru ta’ dawk li jieħdu l-In-Work Benefit li fl-2020 kien ilaħħaq il-5,337 familja. 

Tabella 5 – Id-Dipendenza Soċjali 2013-2020

 picture 5.png

 Sors: NSO​

Biex tara siltiet mill-istqarrija, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.