Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Appell kontra Deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Ħarsa ġenerali

Appell jista’ jiġi ppreżentat minn ċittadin Malti jew mhux Malti kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali. Appell jista’ jsir biss fuq punt ta’ liġi jew prinċipju ta’ importanza li joħorġu mid-deċiżjoni tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien tletin (30) jum minn meta wieħed jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni.

Il-formola online tipprovdi lill-appellant li jagħżel bejn li jattendi smigħ personalment jew li jagħżel smigħ online. B’din il-possibilità, l-utenti jistgħu jagħżlu l-mod preferut ta’ parteċipazzjoni tagħhom skond il-konvenjenza u l-livell ta’ kumdità tagħhom. Din il-flessibbiltà tippermetti lill-appellanti li jkollhom kontroll akbar fuq l-esperjenza tas-smigħ tagħhom u tiżgura li l-bżonnijiet tagħhom ikunu akkomodati. Kemm jekk tattendi personalment jew online, din l-applikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi mod aċċessibbli u effiċjenti biex tiffaċilita l-proċeduri tas-smigħ.

Ladarba d-dettalji jiġu vverifikati, tintbagħat notifika lill-appellant bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta quddiem l-arbitru. Jekk l-appellant ikun talab li jingħaqad f’seduta tal-appell online, tintbagħatlu notifikazzjoni b’email fejn tindika d-data, l-ħin u l-link biex jissieħeb għas-seduta online.

X’se tingħata

Applikant jew benefiċjarju jirċievi ittra ta’ spjegazzjoni kull meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jieħu deċiżjoni rigward l-eliġibilità tiegħu/tagħha għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew għal xi ħlas żejjed minħabba riżultat ta’ benefiċċju li li l-benefiċjarju ma jibqax intitolat għalih. Jekk persuna ma taqbilx mad-deċiżjoni, għandha d-dritt tappella kontra dik id-deċiżjoni.

Eliġibbiltà

Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:

  • Jista’ jitressaq Appell kontra kull deċiżjoni ħlief għal deċiżjonijiet meħuda minn bord ta’ tobba. Madankollu, applikazzjoni għall-Pensjoni tal-Invalidità li tiġi miċħuda għal raġunijiet mediċi tista’ tiġi appellata.
  • Biex jissottometti appell online, l-appellant jew il-persuna ta’ fiduċja jeħtieġ li jawtentika bl-e-ID tagħhom stess.

Jekk l-appellant m’għandux Karta tal-Identità maltija, allura f’dak il-każ ma jistax jawtentika bil-e-ID, l-appellant jista’ jissottometti applikazzjoni online billi jawtententika bl-għażla ta’ eIDAS jekk ikun ġej minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Jekk l-appellant huwa ċittadin ta’ pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea u m’għandux Karta tal-Identità maltija, trid tintuża l-awtentikazzjoni ta’ Reġistrar tal-Kont biex jiġi sottomess appell online.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ittra maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li għaliha qed tressaq appell.
  • Dokumentazzjoni rilevanti addizzjonali biex tappoġġja l-appell tiegħek tista’ tiġi inkluża mal-applikazzjoni online.

Kif tapplika

Ladarba tkun qrajt sew il-ħarsa ġenerali t’hawn fuq, ivverifikajt li int eliġibbli u li għandek id-dokumentazzjoni kollha disponibbli, tista’ jekk trid tipproċedi biex tissottometti appell online.

Għandek ukoll issib video biex jispjega dwar kif għandek tissottometti appell online billi tikklikkja hawn.

Jista’ jitressaq ukoll appell online f’isem l-appellant minn persuna ta’ fiduċja jew billi żżur wieħed miċ-Ċentri ta’ servizz.gov.