Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance Supplimentari – Responsabbli tal-Familja

Ħarsa ġenerali

L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna li għandha dħul baxx u li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

X’se tingħata

Il-pagamenti għal din l-Allowance jitħallsu kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: 

  • L-applikant/a għandu/ha j/tkun residenti ta’ Malta għal mill-inqas 3 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.
  • Persuna waħedha li hija responsabbli tal-familja u li bħalissa qed tirċievi Assistenza Soċjali jew Assistenza dwar Diżimpjieg jew kwalunkwe tip ta’ Pensjoni Kontributorja / Mhux Kontributorja jew Assistenza għal Diżabilità.
  • Persuna waħedha li hija responsabbli tal-familja u li hija mpjegata jew hija pensjonanta impjegata.
  • Persuna li għadha fl-istess dar mal-konjuġi / sieħeb jew sieħba tagħha.
  • Id-dħul totali li għandu jiġi kkalkulat m’għandux jaqbeż tmintax-il elf ewro (€18,000) fil-każ ta’ koppja, u tnax il-elf u erba’ mija u tlieta u disgħin ewro (€12,493) fil-każ ta’ persuna waħedha.
  • Il-limitu tad-dħul huwa bbażat fuq id-dħul u l-emolumenti datati b’lura b’sentejn (2) mid-data tal-intitolament, id-dħul minn pensjoni barranija tas-sena preċedenti u d-dħul minn pensjoni lokali tas-sena kurrenti.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Jekk se tapplika bħala koppja, dikjarazzjoni separata trid tiġi mimlija u ffirmata mill-koppja. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
  • L-aħħar irċevuta tal-kera jekk tħallas il-kera ta’ fejn tirrisjedi, fejn turi l-ħlas sar mill-applikant.
  • L-aħħar Kont tad-Dawl u Ilma, bħala prova li l-applikant/a huwa / hija responsabbli tal-familja, speċjalment jekk persuni oħra huma rreġistrati fl-istess indirizz. Dan ma japplikax għall-persuni li jgħixu fi djar ta’ kura residenzjali jew istituzzjonijiet.
  • Dikjarazzjoni fejn turi b’liema mezzi qed jgħix/tgħix l-applikant/a jekk ma j/tiċeviex l-ebda pensjoni jew benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • FS3 tas-sena relevanti iffirmata mill-prinċipal jekk l-applikant/a jaħdem bi qliegħ, u jinkludi ukoll impjiegi oħra għal full-time u/jew part-time li l-applikant jista’ jkollu. Dan japplika ukoll għall-konjuġu/sieħeb/sieħba jekk applikabbli.
  • Profit and Loss Account, li jinkludi kopji tal-irċevuti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sena relevanti, jekk l-applikant/a t/jaħdem għal rasu/ha. Dan japplika ukoll għal konjuġi/sieħeb/sieħba jekk applikabbli.
  • Final Audited Accounts, li jinkludu kopji ta’ rċevuti ta’ kontribuzzjonijiet, jekk l-applikant/a u/jew konjuġi/sieħeb/sieħba huma diretturi/shareholders ta’ kumpaniji. Dan japplika ukoll għal konjuġi/sieħeb/sieħba, jekk applikabbli.
  • F’każ ta’ separazzjoni jew divorzju, il-kuntratt ta’ separazzjoni jew divorzju iridu jiġu pprovduti.
  • F’każ li l-applikant/a kien jgħix barra għal perjodu ta’ aktar minn tlett (3) xhur, dokumentazzjoni fejn turi dawn iċ-ċirkustanzi.
  • F’każ li l-applikant/a qiegħed/qiegħda fuq leave mingħajr ħlas minn fuq ix-xogħol, għandu/ha j/tippreżenta dokumentazzjoni li turi dan.
  • F’każ tal-benefiċjaru/u j/tirċievi pensjoni minn barra, slips tal-pensjoni barranija iridu jiġu pprovduti.
  • F’każ li l-applikant/a j/tirċievi dħul minn xi renti ta’ propjetà, dokumentazzjoni tad-dħul mill-kera iridu jiġu pprovduti.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.