Allowance Supplimentari – Mhux Responsabbli tal-Familja

Ħarsa ġenerali

L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna waħeda, li taħdem bi dħul baxx, li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal u mhux responsabbli tal-familja li tgħix magħha. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

X’ser jingħata

Il-pagamenti għal din l-Allowance jitħallsu kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: 

  • Persuna waħedha li mhix responsabbli tal-familja li tgħix magħha, qed tgħix mal-ġenituri tagħha, waqt li tkun qiegħda taħdem bi qligħ. 
  • Id-dħul totali li għandu jiġi kkalkolat m’għandux jaqbeż €10,221. 
  • Il-limitu tad-dħul huwa bbażat fuq id-dħul u l-emolumenti għas-sena relevanti (datata b’lura b’sentejn mid-data tal-intitolament); id-dħul minn Pensjoni Barranija tas-sena ta’ qabel l-applikazzjoni u d-dħul minn Pensjoni Lokali tas-sena kurrenti tal-applikazzjoni.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali: 

  • Kopja tal-karta tal-identità tal-applikant miż-żewġ naħat. 
  • Jekk l-applikant/a huwa/hija impjegata, FS3 tas-sena rilevanti ta’ kull impjieg, kemm jekk full-time kif ukoll part-time, u li trid tkun iffirmata mill-prinċipal. 
  • Jekk l-applikant/a huwa/hija j/taħdem għal rasu/ha, il-kontijiet tal-Qligħ u t-Telf, li jinkludu riċevuti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa tas-sena relevanti. 
  • F’każ ta’ diretturi / azzjonisti maġġuri ta’ kumpaniji, il-Kontijiet Finali Vverifikati, li jinkludu ukoll riċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali imħallsa. 
  • Kopja tal-kuntratt tas-separazzjoni, f’każ li l-applikant/a j/tkun isseparat/a. 
  • Kopja tal-passaport, jekk l-applikant/a kellu/ha perjodu ta’ aktar minn tliet (3) xhur residenti barra minn Malta. 
  • Dokument ta’ prova jekk l-applikant/a qiegħed / qiegħdha fuq leave mingħajr ħlas. 

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.